Angola
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Repubblika tal-Angola (PT) República de Angola |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: Virtus Unita Fortior (Latin) "Il-virtù b'saħħtu bl-għaqda" |
||||||
Innu nazzjonali: "Angola Avante" |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Luanda | |||||
Lingwi uffiċjali | Portugiż | |||||
Gruppi etniċi | 37% Ovimbundu 25% Ambundu 13% Bakongo 21% Afrikani oħrajn |
|||||
Gvern | Repubblika Unitarja Presidenzjali | |||||
- | President | João Lourenço | ||||
- | Viċi President | Esperança da Costa | ||||
Indipendenza | ||||||
- | mill-Portugall | 11 ta Novembru 1975 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 1,246,700 km2 (22) 481,354 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | negliġibbli | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2022 | 34,795,287 (42) | ||||
- | ċensiment tal-2014 | 25,789,024 | ||||
- | Densità | 24.97/km2 (157) 64.7/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2022 | |||||
- | Total | $245.44 biljun (62) | ||||
- | Per capita | $7,455 (129) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2022 | |||||
- | Total | $124.79 biljun (61) | ||||
- | Per capita | $3,791 (125) | ||||
IŻU (2021) | ▲0.588 (medju) (146) | |||||
Valuta | Kwanza (AOA ) |
|||||
Żona tal-ħin | WAT (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +244 | |||||
TLD tal-internet | .ao |
L-Angola, uffiċċjalment ir-Repubblika tal-Angola, hi nazzjon fin-nofsinhar tal-Afrika li tibbordura ir-Repubblika tal-Kongo u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo fit-tramuntana, iż-Żambja fl-ilvant, u n-Namibia fin-nofsinhar, bl-oċean Atlantiku fil-punent. Erja ta' 1,246,700 kilometru kwadru[1] u popolazzjoni ta' 34 miljun ruħ[1] tagħmel l-Angola t-tieni l-ikbar pajjiż Lusofonu fiż-żewġ katergoriji, wara l-Brażil fiż-żewġ każijiet, u hija is-seba' l-ikbar pajjiż fl-Afrika. L-Angola għandha wkoll reġjun mqaċċat mill-bqija tal-pajjiż jismu Cabinda. Luanda hija l-belt kapitali kif ukoll l-ikbar belt fil-pajjiż.
L-Angola ilha abitata mill-Paleolitiku, minn-nies Khoisan, qabel ma ġew in-nies Bantu mit-tramuntana fl-ewwel millenju QK. Fost il-pajjiżi li ffurmaw matul iż-żmien wieħed jista jsib ir-renji ta' Matamba u Ndongo, li l-kelma għall-kapijiet tagħhom kienet Ngola, is-sors tal-isem modern tal-Angola, kif ukoll ir-renju tal-Kongo, illi kien ċentru ta' kummerċ importanti għan-nofsinhar tal-Afrika. Fis-seklu 16 waslu l-Portugiżi, li bdew jikkolonizzaw il-kosta, u gradwalment daħlu iktar fl-interjur tal-pajjiż. Taħt il-Portugiżi l-Angola saret ċentru importanti tal-kummerċ tal-iskjavi, fejn il-maġġoranza spiċċaw skjavi l-Brażil[2], u fil-fatt erbgħatax-il sena wara li l-Brażil kiseb l-indipendenza, fl-1836 il-Portugall kien abolixxa l-kummerċ tal-iskjavi, u sussegwentement waqaf fl-Angola wkoll. Iżda l-Angola xorta rat żmien diffiċli taħt il-Portugall anke wara li spiċċa l-kummerċ fl-isjkavi, u wara tlettax-il sena ta' ġlied l-Angola kisbet l-indipendenza fl-1975, iżda kellha tissaporti gwerra ċivili li damet sal-2002. Illum il-ġurnata l-Angola saret repubblika unitarja preżidenzjali.
Il-lingwa uffiċjali tal-Angola hija l-Portuġiż, iżda hemm ħafna lingwi indiġini li jiġu ntużati, fosthom l-Umbundu, il-Kikongo, il-Kimbundu, u ċ-Chokwe. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni hija nisranija, fejn ftit iktar minn nofs huma kattoliċi.[3]
[immodifika | immodifika s-sors]
Konfini tal-art totali: 5,369 km. Pajjiżi tal-fruntiera: Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo 2,646 km (li minnhom 225 km hija l-konfini tal-Provinċja ta' Cabinda mhux kontigwi), ir-Repubblika tal-Kongo 231 km, in-Namibja 1,427 km, iż-Żambja 1,065 km. baħar territorjali: 22 km (12 nmi) żona kontigwa: 44 km (24 nmi) żona ekonomika esklussiva: 370 km (200 nmi). Fil-Punent għandha kostatta'a’ 1,650 km fuq l-Oċean Atlantiku. Fit-Tramuntana għandha l-enklavi ta' Cabinda li tinsab bejn iż-żewġ Kongos u l-oċean.
Organizzazzjoni Territorjali[immodifika | immodifika s-sors]
L-Angola għandha 18-il provinċja: Bengo, Benguela, Bié, Cabinda, Cuando - Cubango, Kwanza Norte, Kwanza Sul, Cunene, Huambo, Huila, Luanda, Lunda Norte, Lunda Sul, Malanje, Moxico, Namibe, Uige, Zaire.
-
Organizzazzjoni territorjali
-
Luanda
-
Morro do Moco (minn umbundu omoco, 'sikkina') huwa l-ogħla punt fil-pajjiż Afrikan tal-Angola.(2,620 m), li jinsab fil-provinċja ta' Huambo. B'reġim ta' xita privileġġjat meta mqabbel mal-bqija tal-kontinent, l-Angola għandha bħala xmajjar ewlenin tagħha l-Kwanza, iż-Zaire, il-Cunene u l-Cubango.
-
Cuíto, li qabel kienet magħrufa bħala Silva Porto, hija belt u muniċipalità fiċ-ċentru tal-Angola, kapitali tal-provinċja ta' Bié (Popolazzjoni: 450,881 fl-2014).
-
Luena, li qabel kienet magħrufa bħala Luso, hija belt u muniċipalità fil-Lvant tal-Angola, il-kapitali amministrattiva tal-provinċja ta' Moxico. Il-muniċipalità b'erja ta' 42,300 km 2 (16,300 mil kwadru) kellha popolazzjoni ta' 357,413 fl-2014, b'densità ta' 8.4/km 2 (22/mil kwadru) u li minnhom 273,675 jgħixu fiż-żona urbana.
-
Luena, li qabel kienet magħrufa bħala Luso, hija belt u muniċipalità fil-Lvant tal-Angola, il-kapitali amministrattiva tal-provinċja ta' Moxico. Il-muniċipalità b'erja ta' 42,300 km 2 (16,300 mil kwadru) kellha popolazzjoni ta' 357,413 fl-2014, b'densità ta' 8.4/km 2 (22/mil kwadru) u li minnhom 273,675 jgħixu fiż-żona urban
-
Luena, li qabel kienet magħrufa bħala Luso, hija belt u muniċipalità fil-Lvant tal-Angola, il-kapitali amministrattiva tal-provinċja ta' Moxico. Il-muniċipalità b'erja ta' 42,300 km 2 (16,300 mil kwadru) kellha popolazzjoni ta' 357,413 fl-2014, b'densità ta' 8.4/km 2 (22/mil kwadru) u li minnhom 273,675 jgħixu fiż-żona urban
-
Knisja Sacalumbo Madonna tal-Vitorja ta Luena (Igreja Sacalumbo Nossa Senhora das Vitórias do Luena)
Luanda (il-kapitali)[immodifika | immodifika s-sors]
Luanda hija l-belt kapitali u ewlenija tal-Angola. Hija tinsab fuq il-kosta tal-Oċean Atlantiku, u hija l-port ewlieni u ċ-ċentru ekonomiku tal-pajjiż. Hija wkoll il-kapitali tal-provinċja tal-istess isem.
Din twaqqfet fil-25 ta' Jannar 1576 min-nobbli u esploratur Portugiż Paulo Dias de Novais, taħt l-isem ta’ São Paulo da Assunção de Loanda (San Pawl tal-Assunta ta’ Loanda).
Żona: 113 km²; Altitudni Medja: 6 m s. n. m.; Popolazzjoni (2011): 5,172,900 abitant, Densità: 0.02 abitant/km²; Gentilicio: Luandés/a; HDI (2021): 0.702 (l-ewwel) - Għoli; Żona tal-Ħin: UTC+01:00; Patrun: San Pawl.
-
Bandiera
-
Tarka
-
Luanda
-
Il-Katidral tas-Salvatur Imqaddes ta' Luanda (Igreja de Nossa Senhora dos Remédios de Luanda), mibni minn koloni Portugiżi fl-1628
-
Bastimenti abbandunati fl-1975.
-
Veduta ta' Luanda fl-1883.
-
Mappa ta 'Luanda mill-bidu tas-seklu 18.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ a b Angola (bl-Ingliż). Central Intelligence Agency. 2023-05-09. Miġbur 2023-05-16.
- ^ "Angola - ANGOLA IN THE EIGHTEENTH CENTURY". countrystudies.us. Miġbur 2023-05-16.
- ^ "Angola, Religion And Social Profile | National Profiles | International Data | TheARDA". web.archive.org. 2020-10-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-10-30. Miġbur 2023-05-16.