Il-Paġna prinċipali
|
Stampa tal-ġurnata
Minn Wikimedia Commons
Almanakk
16 ta' Frar:
- 1923 – L-arkeologu Howard Carter fetaħ il-kamra tat-dfin tal-Faragħun Tutankhamun.
- 1959 – Fidel Castro sar president tal-Kuba wara l-waqgħa mill-poter tad-dittatur Fulgencio Batista fl-1 ta' Jannar.
- 2005 – Il-Protokol ta' Kjoto ġie fis-seħħ, wara r-ratifikazzjoni mir-Russja.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1834 – Ernst Haeckel (stampa), żoologu u filosfu Ġermaniż (m. 1919)
- 1848 – Hugo de Vries, naturalista Olandiż (m. 1935)
- 1959 – John McEnroe, plejer tat-tennis Amerikan
Mietu f'dan il-jum...
- 1907 – Giosuè Carducci, kittieb Taljan, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura (t. 1835)
- 1932 – Ferdinand Buisson, paċifista Franċiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi (t. 1841)
- 1992 – Herman Wold, statistiku Żvediż (t. 1908)
Kommemorazzjonijiet...
Il-festa nazzjonali tal-Litwanja. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Oneżimu u Santa Ġuljana ta' Nikomedja. Il-Knisja Ortodossa tiċċelebra l-festa ta' San Nikola tal-Ġappun.
Avvenimenti
Wiki Loves Folklore huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. Din hija l-ewwel sena li Malta qed tkun inkluża f'din l-attività globali. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni online għal min jixtieq jieħu sehem kull nhar ta' Ħamis fis-6pm matul ix-xahar ta' Frar.
X'inhi l-Wikipedija?
Il-proġett huwa definit skont il-ħames prinċipji fundamentali. Il-kontenut tiegħu huwa ppubblikat taħt il-liċenzja Creative Commons by-sa u jista' jiġi kkupjat u użat mill-ġdid taħt din l-istess liċenzja – anke għal skopijiet kummerċjali – bil-patt u l-kundizzjoni li dawn jirrispettaw il-kundizzjonijiet.
Parteċipazzjoni
- Trid tipparteċipa? Aqra r-regoli fundamentali u l-linji gwida, u rrispetta l-wikiketta; li tirreġistra huwa rakkomandat imma mhuwiex obbligatorju.
- Tixtieq tipprova? Żur il-paġna tal-provi u aqra kif tibda artiklu.
- Tixtieq tagħti donazzjoni? Il-Wikipedija hija kompletament b'xejn u mingħajr reklami bis-saħħa tad-donazzjonijiet tal-utenti. Għinna ntejbuha u nżommuha ħielsa b'donazzjoni.
- Agħti l-kontribuzzjoni tiegħek fid-diskussjonijiet biex intejbu l-Wikipedija u semma' leħnek fis-sondaġġi li jsiru.
- Iltaqa' mal-Wikipedjani waqt xi avveniment tal-Wikimedia Community Malta jew inkella fil-Pjazza, il-post fejn tista' ssaqsi u tikkummenta dwar l-mt.wiki.
|