Ateni
AteniΑθήνα | |
Siġill | |
Veduti mill-belt ta' Ateni: (Mix-xellug fuq) L-Akropoli, Il-Parlament Elleniku, Iż-Zappeion, Il-Mużew tal-Akropoli, Il-Pjazza Monastiraki, veduta lejn il-baħar | |
Pajjiż | Greċja |
Reġjun Distretti |
Attika 7 |
Gvern • Sindku |
Giorgos Kaminis |
Żona tal-ħin • Sajf |
EET (UTC+2) EEST (UTC+3) |
Erja • Urbana • Metropolitana • Muniċipalità |
412 km2 (159 mi kw) 2,928.717 km2 (1,131 mi kw) 38.964 km2 (15 mi kw) |
Densità • Urbana • Metropolitana • Muniċipalità |
7,499 /km2 (19,423 /mi kw) 1,281 /km2 (3,319 /mi kw) 17,043 /km2 (44,140 /mi kw) |
Popolazzjoni • Urbana • Metropolitana • Muniċipalità |
3,089,698 3,752,973 664,046 |
Kodiċi postali | 10x xx, 11x xx, 120 xx |
Websajt | www.cityofathens.gr |
Ateni hija l-kapitali u l-ikbar belt tal-Greċja, u tiddomina l-periferija ta' Attika. Ateni hija waħda mill-eqdem ibliet fid-dinja, bl-istorja tagħha tmur lura għal madwar 3,400 sena ilu.
Il-kapitali Griega għandha popolazzjoni ta' 745,514 (fl-2001) fiċ-ċentru amministrattiv tagħha. Iż-żona urbana testendi 'l barra mil-limiti amministrattivi tal-istess belt, b'popolazzjoni ta' 3,130,841 (fl-2001). Ateni hija ċ-ċentru ekonomiku, finanzjarju, industrijali u kulturali tal-Greċja, u fuq livell Ewropew u globali din għandha importanza notevoli.
Ateni hi l-aktar imfakkra fuq il-kotba tal-istorja bħala l-post fejn twieldet id-demokrazija, li kienet is-seded tal-akkademja ta' Platun u l-liċew ta' Aristotli, u kif ukoll il-post tat-twelid ta' Sokrate, Perikle, Sofokle u filosfi u persunaġġi oħra importanti tal-antik. Barra minn hekk, kienet polis prosperuża u hi kkunsidrata bħala l-benniena taċ-ċiviltà tal-Punent.
Tradizzjonalment, il-protettriċi tal-belt hija l-alla Atena, li tidher kemm fl-emblema tal-belt kif ukoll fil-bandiera.
Etimoloġija[immodifika | immodifika s-sors]
Fil-Grieg tal-Qedem, l-isem tal-belt kien Ἀθῆναι (Athēnai, ippronunzjata [a.tʰɛ̂ː.nai̯] bil-Attiku Klassiku) li huwa fil-plural. Fil-Grieg ta' qabel, bhal Grieg Omeriku, l-isem kien fis-singular bħala Ἀθήνη (Athēnē). Huwa possibli li ġiet fil-plural aktar tard, bħal dawk ta' Θῆβαι (Thêbai) u Μυκῆναι (Μukênai). L-għeruq tal-kelma forsi mhumiex ġejjin minn oriġini Grieg jew Indo-Ewropej, u huwa fdal tas-sottostrat Pre-Grieg ta' Attika, kif jista' jkun l-isem tal-alla Atena (Attiku Ἀθηνᾶ, Athēnā, Joniku Ἀθήνη, Athēnē, u Doriku Ἀθάνα, Athānā), li kienet dejjem marbuta mal-belt ta' Ateni. Matul il-perjodu Medjevali l-isem tal-belt reġa' ġie fis-singular bħala Ἀθήνα. Madankollu, wara l-istabbiliment tal-istat Grieg modern, u parzjalment minħabba l-konservattiżmu tal-lingwa miktuba, Ἀθῆναι [aˈθine] għal darba oħra saret l-isem uffiċjali tal-belt u baqa' hekk sal-abbandun tal-Katarevusa fl-1976, meta Ἀθήνα, Athína, saret l-isem uffiċjali.
Koordinati: 37°58′N 23°43′E / 37.967°N 23.717°E