Spanja
Renju ta' Spanja Reino de España |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: "Plus Ultra" "'Il Bogħod Iżjed" |
||||||
Innu nazzjonali: Marcha Real o Granadera |
||||||
Lokazzjoni ta' Spanja (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur) |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Madrid 40°26′N 3°42′W / 40.433°N 3.7°W | |||||
Lingwi uffiċjali | Spanjol | |||||
Gruppi etniċi | ara Demografija | |||||
Gvern | Monarkija kostituzzjonali parlamentari unitarja (reġjonali) | |||||
- | Re | Felipe VI | ||||
- | Prim Ministru | Pedro Sánchez | ||||
Formazzjoni | ||||||
- | Demokrazija | 1978 | ||||
Sħubija fl-UE | 1 ta' Jannar 1986 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 505 992 km2 (52) 195 364 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 1.04 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2016 | 46,468,102 (30) | ||||
- | Densità | 92/km2 (106) 231/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 stima | |||||
- | Total | $1.407 triljun[1] | ||||
- | Per capita | $30,412[1] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 stima | |||||
- | Total | $1.340 triljun[1] | ||||
- | Per capita | $28,976[1] | ||||
Valuta | Ewro (€)1 (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | 34 | |||||
TLD tal-internet | .es2 | |||||
1 Qabel l-1999: Peseta 2 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea |
Spanja (bl-Ispanjol: España), uffiċjalment Renju ta' Spanja (bl-Ispanjol Reino de España), hija stat demokratiku, membru tal-Unjoni Ewropea (mill-1 ta' Jannar 1986) u tan-NATO (mill-1982). Hi organizzata taħt forma ta' monarkija parlamentari. Qiegħda fl-Ewropa tal-Lbiċċ, u flimkien mal-Portugall, Andorra u Ġibiltà, tifforma il-Peniżola Iberika. Fix-Xlokk għandha fruntiera ma' Franza (li hi separata minnha bil-katina tal-Pirenej) u Andorra, u fin-naħa t'isfel għandha l-Baħar Mediterran u Ġibiltà (biċċa art żgħira tar-Renju Unit). Fil-kontinent Afrikan, għandha il-bliet awtonomi Ceuta u Melilla fil-Marokk. Għandha xi nuqqas ta' qbil mal-Portugall fuq il-belt ta' Olivenza u l-Gżejjer Salvaġġi[2], li qegħdin bejn Madeira u l-Canarias, mar-Renju Unit fuq Ġibiltà, u mal-Marokk fuq Ceuta u Melilla. Spanja, b'kondominju ma' Franza għandha l-belt ta' Llívia, imsejħa l-Gżira tal-Paguni fix-xmara Bidasoa.
Spanja għandha erja ta' 504,645 km²[3], 46,468,102 abitant (informazzzjoni tal-2016) u tokkupa 'l fuq minn 85% tat-territorju tal-peniżola Iberika. Mill-1561, barra xi perjodu qasir bejn l-1601 u l-1606, il-belt kapitali hi Madrid, li b'iżjed minn 3 miljun abitant (madwar 6 miljuni fl-erja metropolitana) hi wkoll il-belt bl-ikbar popolazzjoni. Il-lingwa uffiċjali tal-istat hu l-Kastiljan, is-soltu msejjaħ Spanjol. Jitkelmu wkoll bil-Katalan, il-Galizjan u l-Bask li jgawdu status ta' ko-ufficjalità, garantit mill-Kostituzzjoni Spanjola, fit-territorji rispettivi fejn huma mitkellma. Fl-istess ħin il-Leoniża, l-Aragoniż u l-Araniż, djalett tal-Oċċitan f'León, Aragona u Katalonja, igawdu ko-uffiċjalità mal-Kastiljan u, fil-każ tal-Araniż, anki mal-Katalan. Il-lingwi l-oħra li jitkellmu fil-pajjiż mhumiex rikonoxxuti uffiċjalment.
Etimoloġija[immodifika | immodifika s-sors]
L-isem España ġej mil-Latin Hispania, terminu użat mir-rumani mit-tielet seklu QK, biex jindikaw il-peniżola Iberika sħiħa u l-ġabra tal-provinċji li jagħmluha li waqfu huma. Dan it-terminu bilmod ħa post it-teminu Grieg Iberia, li mbagħad ħa (sal-ġurnata tal-lum) konnotazzjoni purament ġeografika. Madankollu, billi l-kelma Hispania m'għandha l-ebda għerq li jista' jintrabat magħha fil-Latin antik u fl-indoewropew, hemm ħafna spekulazzjoni fuq l-oriġini tagħha u ħarġu bosta ipoteżi.
Ipoteżi Feniċja[immodifika | immodifika s-sors]
Din l-ipoteżi mhux biss l-iżjed mifruxa imma anki l-iżjed li għandha bażi storika. Skont din l-ipoteżi l-etimoloġija ta' Hispania tista' tkun ġejja:
- mit-terminu sf(a)n li x'aktarx ifisser fenek, billi l-kelma bil-Feniċju i-shphhanim letteralment tfisser iraċ. Verżjoni oħra ta' din l-etimoloġija tista' tkun hi-shphanim, gżira tal-fniek, jew tal-iraċi;
- mill-għerq Feniċju span, li jfisser okkult. X'aktarx b'dan it-terminu riedu jfissru territorju mbiegħed li diffiċli li jintlaħaq min-naħa ta' nies tal-baħar bħall-Feniċi;
- mill-kelma i-span-ya, kosta u gżira tal-forġaturi jew tal-foroġ (tal-metalli) minħabba l-che trova una sua ragione d’essere dall’intensa attivitajiet minerarji u metallurġiċi intensi mal-kosta tal-Andalusija fiż-żmien meta l-Feniċi waslu Spanja.[4];
- mit-terminu Feniċju li jfisser Tramuntana, fis-sens li l-peniżola Spanjola qiegħda fit-Tramuntana tal-kontinent Afrikan, l-art minn fejn ġew il-puniċi: allura tista' tkun i-span-ia, ġzira tat-Tramuntana.
Ipoteżi Griega[immodifika | immodifika s-sors]
Hemm żewġ konġetturi prinċipali li jagħmlu possibbli d-derivazzjoni ta' Hispania mill-Grieg antik:
- minn Esperos, l-isem tal-ewwel stilla li setgħu jaraw fil-Punent wara t-tbexbix. Il-fonema setgħet imbagħad imbidlet u saret Hispania;
- mill-alla Pan.
Ipoteżi awtoktona[immodifika | immodifika s-sors]
Din hi msejsa fuq dawn l-etimologiji:
- mit-terminu Iberu hispalis, il-Punent li wara sar l-isem tal-belt ta' Sivilja, li tat fl-epoka Rumana, dejjem skont dawk li jappoġġaw din l-ipoteżi, l-isem lill-peniżola sħiħa;
- mill-Bask Ezpaina, xoffa, u anki xifer, tarf, jew aktar probabbli, Izpania, li r-radiċi fiha iz tidħol fil-kompożizzjoni ta' xi sostantivi, fosthom taqsam.
Il-bandiera[immodifika | immodifika s-sors]
Il-bandiera Spanjola saret kif riedha r-re Karlu III fl-1785. Hi magħmula minn żewġ strixxi mimdudin ħomor u strixxa wiesgħa safra. Fuq ġewwa hemm l-istemma nazzjonali, magħmula mil-stemmi tar-Renju ta' Kastilja (kastell tad-deheb fuq sfond aħmar), León (iljun rampanti vjola), Aragona (erba' strixxi ħomor weqfin fuq sfond tad-deheb), Navarra (ktajjen tad-deheb fuq sfondo aħmar) u Granada (rummiena bil-weraq ħodor), taħt kuruna rjali u bejn iż-żewġ Kolonni ta' Erkole (li jirrappreżentaw il-fliegu ta' Ġibiltà) bil-mottu distintiv Plus Ultra, li jirreferi għal-espansjoni tal-imperu Spanjol.
Storja[immodifika | immodifika s-sors]
L-ewwel xhieda bil-kitba dwar il-peniżola Iberika tiddeskriviha bħala art ippopolata fil-parti l-kbira mill-Iberiċi, Baski u Ċelti. Wara konkwista iebsa, il-peniżola waqgħet taħt il-ħakma ta' Ruma. Matul il-Medjuevu għaddiet għal taħt il-ħakma Ġermanika, imma iżjed tard, ġiet konkwistata mill-Għarab. F'proċess li ħa mijiet ta' snin, ir-renji żgħar Insara tan-naħa ta' fuq bilmod reġgħu ħadu l-peniżola f'idejhom. L-aħħar saltna Għarbija waqgħet fl-istess sena li Kristofru Kolombu wasal fl-Ameriki (1492). F'dan il-perjodu Spanja bdiet tibni imperu mondjali u damet potenza ewlenija fid-dinja għal seklu u nofs.
Bil-gwerer kontinwi u problemi oħra, il-poter tal-Imperu Spanjol naqas progressivament. L-invażżjoni Napoleonika ta' Spanja ħolqot straġi fin-nazzjon u twieldu ħafna movimenti indipendentisti li qerdu l-parti l-kbira tal-imperu u ħallew il-pajjiż politikament instabbli. Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, Spanja għaddiet minn gwerra ċivili qerrida li wasslet għat-twaqqif ta' gvern awtoritarju, li kkoinċida ma' perjodu ta' staġnar li però temm b'impuls ekonomiku qawwi. Id-demokrazija inbagħad twaqqfet paċifikamente fil-forma ta' monarkija kostituzzjonali parlamentari. Fl-1986, Spanja daħlet fl-Unjoni Ewropea u kellha twelid kulturali ġdid u tkabbir ekonomiku kontinwu.
Preistorja u popli pre-rumani[immodifika | immodifika s-sors]
Ir-riċerki arkeoloġiċi ħdejn Atapuerca juru li peniżola Iberika kienet ppopolata mill-ominidi minn 1.2 miljuni ta' snin ilu.[5] Il-bniedem modern wasal fl-Iberja, min-naħa ta' fuq bil-mixi, madwar 32 elf sena ilu. [6] L-oġġetti magħmulin bl-idejn l-iżjed magħrufin ta' dawn l-insedjamenti preistoriċi huma t-tpinġijiet famużi tal-għerien ta' Altamira f'Cantabria li saru madwar 15,000 QK mill-bniedem ta' Cro-Magnon.
Ix-xhieda arkeoloġika u ġenetika tissuġġerixxi li l-peniżola Iberika serviet bħala wieħed mill-ikbar postijiet li minnhom beda r-ripopolament tal-Ewropa ta' fuq wara t-tmiem tal-aħħar Żmien is-Silġ.
Iż-żewġ popli storiċi prinċipali tal-peniżola kienu l-Iberi u ċ-Ċelti. L-Iberiċi kienu jgħixu fuq in-naħa tal-Mediterran mix-Xlokk għall-Grigal. Iċ-Ċelti bil-kontra kienu joqgħodu mal-Atlantiku, fit-Tramuntana, fiċ-ċentru, fil-Majistral u l-Lbiċ tal-peniżola. Il-Baski kienu jokkupaw iż-żona tal-Punent tal-katina tal-muntanji tal-Pirenej u l-inħawi ta' madwar.
Bejn il-500 QK u t-300 QK, il-baħrin Feniċi u l-Griegi waqqfu kolonji kummerċjali tul il-kosta Mediterranja. Il-Kartaġiniżi għal żmien qasir kellhom il-kontroll tal-parti l-kbira tan-naħa Mediterranja tal-peniżola, sakemm ġew megħlubin fil-Gwerer Puniċi mir-Rumani.[7]
Spanja Rumana u Gotika[immodifika | immodifika s-sors]
Matul it-tieni gwerra punika, l-espansjoni tal-imperu ruman, rebaħ xi kolonji kummerċjali Kartaġiniżi matul il-kosta Mediterranja. Però r-rumani kellhom jieħdu żewġ sekli biex jirbħu l-peniżola Iberika sħiħa. Il-ħakma rumana ġabet il-lingwa, il-liġi u t-toroq.[8]
Il-kulturi tal-popolazzjonijiet Ċeltiċi u Iberiċi, bilmod ġew romanizzati. Il-mexxejja lokali tħallew jidħlu fil-klassi aristokratika Rumana. Spanja kienet tipproduċi kwantità kbira ta' qamħ għas-suq Ruman u mill-portijiet tagħha kienu jiġu esportati d-deheb, is-suf, -żejt taż-żebbuġa u l-inbid. Il-produzzjoni agrikola żdiedet bl-introduzzjoni tal-irrigazzjoni. L-imperaturi Trajanu u Teodożju I u l-filosfu Seneka twieldu Spanja. Il-Kristjaneżmu daħal fil-pajjiż fl-ewwel seklu u progressivament sar iżjed popolari.
L-Imperu Ruman tal-Punent fi Spanja beda jmur lura fl-409, meta li-Iżvevi u l-Vandali, flimkien mal-Alani, qasmu r-Renu iddevastaw il-Gallja biex imbagħad il-Viżigoti imbuttawhom ġo Spanja. L-Iżvevi stabbilew renju fejn illum jinsabu Galizja moderna u n-naħa ta' fuq tal-Portugall.
Il-Vandali Silingi okkupaw ir-reġjun li ismu għand għandu parti minn isimhom: Vandalusja, Andalusja. Il-Biżantini stabbilew tip ta' enklavi fin-naħa t'isfel tal-pajjiż, bl-iskop li jqajmu l-Imperu Ruman fl-Iberja kollha. Fl-aħħar, però, Spanja ġiet riunita taħt il-ħakma tal-Viżigoti.
Spanja Misilmija[immodifika | immodifika s-sors]
Fis-seklu 8, l-armati Misilmin, li fil-parti l-kbira kienu Għarab, rebħu kważi l-peniżola Iberika kollha. Dawn il-konkwisti kienu parti mill-espansjoni tal-Kalifat Għumawijjad. Reġjun żgħir muntanjuż fix-Xlokk biss irnexxielu jirreżisti l-invażjoni tal-bidu.
Skont il-liġi Iżlamika, l-Insara u l-Lhud jieħdu l-istatus ta' dhimmi jew subordinati. Dan kien iħalli l-Insara u l-Lhud jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom, imma kellhom iħallsu taxxa speċjali u kienu jbatu minn ċertu diskriminazzjoni.[9][10]
Il-konverżjoni għall-Iżlam bdiet dejjem tiżdied. Il-muladies (misilmin ta' nissel etniku Iberiku) jingħad li kienu jagħmlu l-maġġoranza tal-pipolazzjoni lejn it-tmiem tas-seklu 10.[11][12]
Cordova kienet il-belt kapitali tal-kalifat u kienet l-ikbar belt u l-belt l-iżjed għanja fl-Ewropa tal-Punent. Il-kummerċ fil-Mediterrane iffavorixxa l-iskambju kulturali u t-tradizzjoni intellettwali Misilmija għanja dakkret parti kbira mill-intellettwali Ewropej.
Il-waqgħa tal-Misilmin u r-Reconquista[immodifika | immodifika s-sors]
Ir-Reconquista ("Rikonkwista") kien perjodu li dam xi 750 sena, li matulu r-rejiet Insara ta' Spanja espandew il-ħakma tagħhom għad-dannu tas-saltniet Għarab, . Ir-Reconquista bdiet bil-battalja ta' Covadonga fis-722. Bir-rebħa Nisranija twaqqaf ir-Renju tal-Asturias matul il-muntanji Xlokkin tal-kosta. Ftit wara, fis-739, il-qawwiet Misilmin tkeċċew minn Galizja, li l-Insara kienu jqisu wieħed mill-postijiet l-iżjed imqaddsa minħabba li hemm is-Santwarju ta' Santiago de Compostela. L-armati Misilmin imxew 'l fuq mill-Pirenej, imma ġew megħlubin mill-forzi tal-Franki fil-Battalja ta' Poitiers. Aktar tard, il-forzi tal-Franki waqqfu kontejiet Insara fuq in-naħa ta' isfel tal-Pirenej. F'dan ir-reġjuni imbagħad twaqqfu ir-renji ta' Navarra, ta' Aragona u ta' Katalonja.[13] Għal ħafna sekli, il-konfini sejrin 'l hemm u 'l hawn bejn l-artijiet Misilmin u l-Insara kienu jestendu matul il-widien tal-Ebro u tad-Duero.
Il-qabda tal-belt, strateġikament ċentrali, ta' Toledo, li ġrat fl-1085, kienet sinjal ta' bidla sinjifikattiva fil-bilanċ tal-poter favur ir-renji Nsara.
Fis-sekli 13 u 14, il-fergħa Mislilmija tal-Merjenjewn jew Merinidi, ġejja mill-Afrika ta' Fuq invadiet u stabilit xi enklavi fin-naħa ta' isfel tal-pajjiż, imma ma rnexxilhomx jistabilixxu il-ħakma Misilmija fl-Iberja u malajr tkeċċew. Fis-seklu 13 ir-renju Aragoniż ipprova jespandi l-influwenza tiegħu mal-ġżejjer tal-Mediterran, f'Sqallija u anki f'Ateni.[14] F'dal perjodu twaqqfet l-università ta' Palencia (1212/1263) u l-università ta' Salamanca (1218 / 1254). Il-pesti tal-1348 u tal-1349 iddevastaw Spanja.[15]
Fl-1469, il-kuruni tar-renji Nsara ta' Kastilja u Aragona ngħaqqdu biż-żwieġ ta' Iżabella I ta' Kastilja ma' Ferdinandu II ta' Aragona. Fl-1478 twettqet għal kollox il-konkwista tal-Gzejjer Canarias u fl-1492, il-forzi ta' Kastilja u Aragona ħadu l-Emirat ta' Granada u qerdu l-aħħar fortizza tal-preżenza tal-ħakma Iżlamika ta' 781 sena fl-Iberja. It-Trattat ta' Granada iggarantixxa t-tolleranza reliġjuża għall-Misilmin.[16] Fl-istess sena Kristofru Kolombo wasal fid-Dinja l-Ġdida, il-vjaġġ tiegħu iffinanzjat minn Iżabella, u l-Lhud ġew ordnati li jikkonvertu għall-Kattoliċeżmu bil-piena li jitkeċċew mit-territori Spanjoli matul l-Inkwiżizzjoni Spanjola.[17] Ftit snin wara, wara xi storbju soċjali, il-Misilmin tkeċċew taħt l-istess kondizzjonijiet.[18]
Spanja imperjali[immodifika | immodifika s-sors]
L-unifikazzjoni tal-kuruni ta' Aragona u Kastilja kienet il-pedament li fuqu nbnew Spanja moderna u l-imperu Spanjol.[19]Biha Spanja saret potenza Ewropea indisputabbli matul is-seklu 16 kollu u matul il-parti l-kbira tas-seklu 17, minħabba l-kummerċ u l-artijiet kolonjali tagħha. Matul il-perjodu Spanja għaddiet minn bosta gwerer u ribelljonijiet, fosthom: il-gwerer tal-Italja, ir-ribelljoni tal-Comuneros, dik li hi msejħa "Il-Gwerra tat-Tmenin Sena", ir-ribelljoni tal-Moriscos u l-gwerra Anglo-Spanjola.[20]
Kien perjodu wkoll ta' ferment kulturali kbir, minħabba l-ftuħ ta' rotot ġodda, l-esplorazzjoni tad-dinja u l-iskambji kummerċjali. Spanja gawdiet dak li jgħidulu is-"Seklu tad-Deheb". L-attività kulturali kellha l-epiċentru tagħha fl-Università ta' Salamanca.
Fit-tieni nofs tas-seklu 17, Spanja bilmod bdiet nieżla. Minkejja xi telfiet żgħar ta' territorji fi Franza, żammet l-imperu vast li kellha fin-naħa l-oħra tal-oċean sal-bidu tas-seklu 19.
It-tnaqqis ta' poter sar l-agħar fil-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola li spiċċat f'konflitt kbir internazzjonali u f'gwerra ċivili, li 'l Spanja qamilha l-pożizzjoni li kellha bħala waħda mill-ikbar potenzi fid-dinja.
Matul din il-gwerra, ħadet il-poter dinastija ġdida ġejja minn Franza, il-Bourbons li abolixxiet ħafna privileġġi antiki u l-liġijiet reġjonali.[21]
Fis-seklu 18, Spanja bilmod bdiet terġa' tqum fuq saqajha u tikber fil-prosperità f'parti kbira tal-imperu. Il-monarkija Borbonika għamlet ħafna xogħol ta' modernizzazzjoni, fuq l-istil tas-sistema Franċiża, rigward it-tmexxija amministrattiva u ekonomika. L-ideat tal-Illuminiżmu bdew deħlin fost xi membri tal-élite tar-renju u tal-monarkija.
Il-ħakma Napoleonika u l-konsegwenzi tagħha[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-1793, Spanja daħlet fi gwerra kontra ir-Repubblika ġdida Franċiża, li kienet neħħiet mill-poter u ġġustizzjat ir-re tagħha Lwiġi XVI li kien Bourbon. Spanja tilfet il-gwerra u ffirmat trattat ta' paċi fl-1795. B'dan it-trattat Spanja saret stat klijent ta' Franza. It-trattat sigriet ta' Fontainebleau bejn Napuljun u Manuel Godoy tal-1807, li kien popolari xejn, inkluda dikjarazzjoni ta' gwerra kontra l-Gran Brittanja u l-Portugall. It-truppi Franċiżi daħlu fir-renju bla reżistenza, bl-iskuża li ħa jinvadu l-Portugall, okkupaw il-fortizzi Spanjoli u r-re Spanjol ġegħluh jabdika favur ħu Napuljun, Ġużeppi Bonaparte.
Din il-monarkija pupa barranija, l-Ispanjoli qisuha bħala disprezz. Ir-ribelljoni tat-tieni ta' Mejju, waħda minn ħafna ribelljonijiet nazzjonalisti kontra r-regime Bonapartista fil-pajjiż kollu,[22] kienet il-bidu tal-gwerra tal-indipendenza Spanjola.[23] Napuljun kellu jindaħal personalment u kisser bosta armati Spanjoli li ma kellhom organizzazzjoni xejn u ġiegħel Armata Ingliża tirtira. Madankollu minħabba l-qawwa tal-Ingliżi u l-kampanja diżastruża fir-Russja li kellhom il-Franċiżi, fl-1814 l-armata Franċiża tkeċċiet minn Spanja u r-Ferdinandu VII reġa' ħa t-tron.[24]
L-invażjonijiet Franċiżi qerdu l-ekonomija u ħallew lil Spanja b'instabbiltà politika qawwija. Il-ġlied għall-poter tas-seklu 19, wasslu għat-telf tal-kolonji Amerikani kollha, ħlief Kuba u Puerto Rico.
Il-gwerra Ispano-Amerikana[immodifika | immodifika s-sors]
Minħabba l-instabbiltà politika u l-kriżi ekonomika li laqtet Spanja fis-seklu 19, qamu movimenti nazzjonalisti fil-Filippini u Kuba, dak iż-żmien taħt il-ħakma Spanjola. Dawn il-movimenti wasslu għall-gwerer għall-indipendenza li daħħlu wkoll l-Istati Uniti. Minkejja d-determinazzjoni ta' bosta fergħat militari, l-armata Spanjola kienet immexxija ħażin fl-ogħla livelli u dan wassal għat-telfa tal-gwerra Ispano-Amerikana. din il-gwerra intemmet bit-Trattat ta' Pariġi tal-1898 li bih Kuba kisbet l-indipendenza u Spanja kellha ċċedi l-Filippini, Guam u Puerto Rico lill-Istati Uniti għal 20 miljun dollaru.
It-telfa militari (imsejħa El desastre) ikkontribwiet għall-ispinta li ħa l-grupp ta' intellettwali Spanjol, La generación del 98, li għamel analisi kritika ħafna tas-sitwazzjoni tal-pajjiż.
Il-gwerra ċivili Spanjola[immodifika | immodifika s-sors]
Fil-bidu tas-seklu 20 kien hemm żmien qasir ta' paċi fi Spanja, li matulu kellha rwol żgħir fil-kolonjaliżmu fl-Afrika, bil-kolonizzazzjoni tas-Saħara tal-Punent, il-Marokk Spanjol u l-Gwinea Ekwatorjali. It-telfiet kbar li ġarbet matul il-gwerra tar-Rif fil-Marokk ikkontribwew biex jimminaw il-monarkija. Kien hemm perjodu ta' regime awtoritarju tal-ġeneral Miguel Primo de Rivera (1923-1931) li ntemm bit-twaqqif tat-Tieni Repubblika Spanjola. Ir-repubblika tat l-awtonomija politika lill-pajjiżi Baski, lil Catalunya, lil Galizja u tat il-vot lin-nisa.
F'Lulju tal-1936 bdiet il-Gwerra Ċivili Spanjola. Kienu l-forzi nazzjonalisti li kienu kontra r-Repubblika, immexxijin mill-ġeneral Francisco Franco li bdew il-gwerra u dawn rebħuha bl-għajnuna tal-Ġermanja Nażista u l-Italja Faxxista.
Il-gwerra ċivili damet tliet snin u kienet il-kawża tal-mewt ta' 500,000 ruħ[25] u l-emigrazzjoni ta' madwar 500,000 ċittadin, li l-parti l-kbira tad-dixxendenti tagħhom illum joqgħodu fil-pajjiżi tal-Amerika Latina u minnhom hemm madwar 300,000 fl-Argentina biss.[26]. Il-gwerra ċivili Spanjola hi meqjusa bħala l-ewwel battalja tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Spanja taħt Franco u wara[immodifika | immodifika s-sors]
Spanja ta' Franco ddikjarat ruħha newtrali matul it-Tieni Gwerra Dinjija imma dan kien fl-isem biss għax kellha relazzjonijiet ta' ħbiberija mal-Potenzi tal-Assi. L-uniku partit legali taħt ir-regime Frankista kien it-Tradicionalista Falange Española y de las J.O.N.S., li twaqqaf fl-1937. Il-partit iddikjara ruħu antikomunista, Kattoliku u nazzjonalista. Aktar tard il-partit ħa l-isem ta' Movimiento Nacional.
Wara l-gwerra dinjija, Spanja kienet politikament u ekonomikament marġinali u barra l-Ġnus Magħquda. Is-sitwazzjoni inbidlet fl-1955, matul il-perjodu tal-gwerra bierda, meta sar strateġikament importanti għall-Istati Uniti li jistabilixxu preżenza militari fil-peniżola Iberika, għall-konteniment ta' xi mossa mill-URSS fl-inħawi tal-baħar Mediterran. Fl-1960, Spanja kellha qabża kbira fl-ekonomija tagħha. Dan it-tkabbir f'daqqa li ressaq in-nazzjon lejn ekonomija moderna, sar magħruf bħala l-"miraklu Spanjol".
Bil-mewt ta' Franco, li ġrat f'Novembru tal-1975, Juan Carlos laħaq Re ta' Spanja u kap tal-Istat, skont il-liġi. Wara l-approvazzjoni tal-Kostituzzjoni Spanjola ġdida fl-1978 u wasla tad-demokrazija, l-istat trasferixxa xi poteri lir-reġjuni u ħalaq organizzazzjoni interna imsejsa fuq il-komunitajiet awtonomi.
Fil-Pajjiżi Baskii, in-nazzjonaliżmu moderat Bask għex ġenb ma' ġenb ma' moviment radikali nazzjonalista immexxi mill-organizzazzjoni armata Euskadi Ta Askatasuna (ETA). Il-grupp twaqqaf fl-1959 matul ir-regime ta' Franco, imma baqa' sejjer bil-kampanja vjolenti anki wara li bdiet id-demokrazija u kien hemm grad għoli ta' awtonomija reġjonali.
Fit-23 ta' Frar 1981, xi elementi ribelli fost il-forzi tas-sigurezza għamlu attentat ta' kolp ta' stat biex jimponu gvern militari. Ir-Re Juan Carlos ħa f'idejh personalment il-kmand tal-forzi armati u ġiegħel lir-ribelli jċedu.
Fit-30 ta' Mejju 1982, wara referendum, Spanja daħlet fin-NATO u l-partit soċjalista (Partido Socialista Obrero Español), PSOE, tela' fil-poter. Fl-1986 Spanja daħlet fil-Komunità Europea.
Fl-1982 it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, intlagħbet Spanja u għenwt biex il-pajjiż jerġa' jsir magħruf fid-dinja wara s-snin ta' dittatura u ta' tranżizzjoni għad-demokrazija. Anki l-Olimpjadi ta' Barċellona tal-1992 kienu ta' ġid għat-turiżmu u biex isiru magħrufin il-mod ta' ħajja u d-drawwiet ta' Spanja l-ġdida.
Is-snin disgħin tas-seklu 20 huma karatterizzati mill-gvernijiet ta' José Maria Aznar tal-Partit Popolari Spanjol (Partido Popular) b'ħafna progress ekonomiku u soċjali.
Spanja fis-seklu 21[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-1 ta' Jannar 2002, Spanja ma bagħetx tuża l-peseta bħala valuta u bdiet tuża l-ewro, li taqsam mas-16-il pajjiż ieħor taż-Żona Ewro. L-ekonomija ta' Spanja kibret ħafna, iżjed mill-medja Ewropea, imma it-tkabbir spiċċa bil-kriżi ekonomika kbira li bdiet fl-2008.[27]
Fil-11 ta' Marzu 2004, kien hemm attakki terroristiċi fuq xi treni f'Madrid. Wara proċess li dam ħames xhur, ġie konkluż li l-attakki kienu saru minn grupp militanti lokali mnebbaħ minn al-Qagħeda.[28] L-attakki qatlu 191 ruħ u ferew iżjed minn 1800. Jaħsbu li forsi l-attakki saru biex jinfluwenzaw ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali li kellha ssir tlett ijiem wara,[29] li rebaħ il-PSOE, immexxi minn José Luis Rodríguez Zapatero.[30]
Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]
Spanja hi nazzjon fl-Ewropa t'Isfel tal-Punent li tokkupa 85% mill-Peniżola Iberika. L-erja totali hi ta' 504,782 km², li minnhom 499,542 km² huma art u 5,340 km² huma ilma.
Il-konfini ta' Spanja huma maqsuma f'88% (4.964 km) baħar u 12% (1.917 km) art. Fit-tramuntana hemm il-Baħar ta' Cantabria (Golf ta' Biskaja) u fin-nofsinar u x-xlokk hemm il-Baħar Mediterran u l-Baħar tal-Baleares, fil-punent il-Portugall u l-Oċean Atlantiku u fil-grigal Franza u Andorra matul il-Pirenej. Il-kosta mediterranea għandha tul ta' 1.660 km, waqt tal-Atlantika twila 710 km. Il-Pirenej jestendu għal 435 km mill-Baħar Mediterran sal-Golf ta' Biskaja. Fit-tarf t'isfel ta' Spanja hemm l-Istrett ta' Gibiltà, li jissepara lil Spanja u l-bqija tal-Ewropa mill-Marokk, fl-Afrika ta' Fuq. Il-muntanja Teide li hi għolja 3718 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar hi l-ogħla waħda fi Spanja u l-ogħla quċċata tal-Atlantiku kollu. Hi t-tielet l-ikbar vulkan tad-dinja mill-bażi tagħha.[31]
Barra l-peniżola Iberika hemm numru ta' żoni Spanjoli oħra: il-Gżejjer Baleares fil-Baħar Mediterran, il-Gżejjer Canarias fil-grigal, madwar 108 km fix-xlokk tal-Afrika; hemm ħames artijiet oħra ta' sovranità Spanjola (plazas de soberanía) fuq il-kosta tal-Marokk: Ceuta, Melilla, Islas Chafarinas, Peñón de Alhucemas u Peñón de Vélez de la Gomera.
Morfoloġija[immodifika | immodifika s-sors]
It-territorju Spanjol hu muntanjuż, iddominat minn altopjani u ktajjen ta' muntanji. Nistgħu niddistingwu tliet reġjuni ġgeografiċi:
- L-altopjan ċentrali tal-Meseta: vast u semiaridu, hu ta' formazzjoni antika u jokkupa l-parti l-kbira tal-erja ċentrali tal-pajjiż. Hu maqsum fi tnejn bil-muntanji. Fil-lvant jispiċċa bil-Muntanji Iberiċi u bis-Sierra Morena fin-nofsinhsr. Fil-qalba ta' din iż-żona hemm il-belt kapitali Madrid.
- Il-ktajjen tat-tramuntana: huma magħmulin mill-Pirenej u mill-Cordillera Cantábrica li timxi mat-tul tal-kosta. il-katina tal-Pirenej hi żagħżugħa waqt li l-muntanji tal-Cordillera Cantábrica huma iktar antiki. In-nixfa tal-Meseta u x-xita skarsa tar-reġjun Atlantiku jagħmlu l-vegetazzjoni rikka.
- Il-Cordilleras Béticas, fin-nofsinhar: huma magħmula minn sensiela ta' ktajjen muntanjużi, li fosthom hemm is-Sierra Nevada.
Ktajjen tal-muntanji[immodifika | immodifika s-sors]
- Sistema Iberika
- Sistema Ċentrali
- Pirenej
- Cordillera Cantábrica
- Cordilleras Béticas
- Sierra Morena
- Sierra Nevada
Pjanuri[immodifika | immodifika s-sors]
- Pjanura tal-Ebro
- Depressjoni Betika
- Pjanura tal-Andalusija
- Meseta
Vulkani[immodifika | immodifika s-sors]
Idrografija[immodifika | immodifika s-sors]
Xmajjar[immodifika | immodifika s-sors]
Hemm ħafna xmajjar imma fihom ħafna kurrenti qawwijin u allura l-użu tagħhom bħala toroq għall-komunikazzjoni hu limitat. Dawn huma x-xmajjar ewlenin: Ebro, Turia, Jucar, Segura, Duero, Tago, Guadiana, Guadalquivir.
Lagi[immodifika | immodifika s-sors]
Fi Spanja m'hemmx lagi naturali kbar, però hemm ħafna għadajjar artifiċjali bl-iskop li jiżguraw il-bżonn tal-enerġija u ilma. Bl-Ispanjol jissejħu pantanos jew embalses (partikolarment importanti humm l-embalses ta' Alcantara, ta' Torrejón u ta' Valdecañas fuq it-Tago, u dak ta' Mequinenza fuq l-Ebro.
Xtut[immodifika | immodifika s-sors]
Barra mill-fruntiera ma' Franza, Andorra, Ġibiltà u l-Portugall, Spanja hi mdawra għal kollox bil-baħar, l-Oċean Atlantiku fit-tramuntana, il-majjistral u parti żgħira mil-lbiċ, kif ukoll il-Baħar Mediterran fil-lvant, il-grigal u n-nofsinhar sa' Ġibiltà. Mal-peniżola Iberika irridu nżidu wkoll il-Kanarji, kollha kemm huma fl-Atlantiku u l-Baleariċi, li jinstabu kompletament fil-Mediterran.
Minħabba t-tul enormi tax-xtut tagħha u d-diversità tal-pożizzjonijiet tagħhom, Spanja għandha tulijiet ta' kosta li huma differenti ħafna minn xulxin. Il-kosta Atlantika, li l-parti l-iżjed lejn il-lvant tissejjaħ il-Baħar ta' Cantabria (li hi stess hi parti mill-Golf ta' Biskaja), hi karatterizzata b'bajjiet impressjonanti li jalternaw ma' sikek impressjonanti magħmulin mir-riħ oċeaniku qawwi u mix-xita spissa. Fuq kollox fil-parti l-iżjed lejn il-lvant, il-kosta hi mħarbta u għandha ħafna fliegi u qaliet twal, imsejħin rias, tipiċi tal-Galizja, li jidħlu fi xtut mimlijin sikek li diffiċli li tidħol fihom, fosthom il-famuża Costa de la Muerte.
Il-kosta Mediterranja hi differenti għal kollox, ħafna iżjed ħelwa u inqas imħarbta (ħlief il-golf ta' Valenzja u tal-erja tad-delta tal-Ebro u xi promontorji, għalkemm fiha wkoll xi tulijiet imsikkin). Fuq kollox il-klima hi ħafna iżjed moderata u adattata għat-turiżmu tal-għawm. Fuq il-kosta Mediterranja insibu bosta bliet famużi bħal Barċellona, Valenzja u Malaga, barra l-lokalitajiet turistiċi bħal Lloret de Mar u Tarifa. Il-kosta Mediterranja tinqasam ġeografikament f'ħames partijiet: l-iżjed 'l fuq hemm il-Costa Brava, li testendi mill-fruntiera Franċiża sa Barċellona; il-Costa Daurada li testendi mill-belt kapitali Katalana sa ħalq l-Ebro; il-Costa del Azahar sa Dénia (eskluża) li tinkludi l-Golf ta' Valenċja kollu; il-Costa Blanca sa Cabo de Gata; u fl-aħħar il-Costa del Sol madwar in-naħa t'isfel kollha ta' Spanja sal-Fliegu ta' Ġibiltà. Il-kosta Mediterranja, minħabba t-turiżmu kbir li fiha hi inqas preżervata mill-kosta Atlantika u hi magħrufa għal xi abbużi kbar fil-bini.
Gżejjer[immodifika | immodifika s-sors]
Il-gżejjer ewlenin huma maġburin f'żewġ arċipelagi: Il-Gżejjer Baleares u l-Gżejjer Canarias. Il-Baleares qegħdin fil-Mediterran, mhux 'il bogħod mill-komunità Valenċjana u huma magħmulin minn erba' gżejjer prinċipali, Mallorca, Menorca, Ibiża u Formentera. Il-Canarias min-naħa l-oħra qegħdin fl-Atlantiku, ma ġenb in-naħa t'isfel tal-Marokk u 1000 km 'l hemm mil-lbiċ tal-peniżola Iberika. Ġeografikament jagħmlu parti mill-kontinent Afrikan. Dawn huma Kanarja l-Kbira, Lanżarote, Fuerteventura, Tenerife, La Palma, La Gomera u El Hierro. Imbagħad hemm gżejjer żgħar oħra, ħafna iċken, bħall-Gżejjer Cies.
Klima[immodifika | immodifika s-sors]
Nistgħu naqsmu Spanja fi tliet żoni klimatiċi prinċipali, skont il-pożizzjoni ġeografika u l-kondizzjonijiet orografiċi:[32][33][34]
- Il-klima Mediterranja, karatterizzata minn sjuf nixfin u sħan. Skont il-Klassifikazzjoni tal-klimi ta' Köppen din hi dominanti fil-peniżola, b'żewġ varijetajiet: Csa u Csb.
- Il-klima steppika (Bsh, Bsk), insibuha fil-parti tal-lbiċ tal-pajjiż, l-iżjed fir-reġjun ta' Murcia u fil-wied tal-Ebro. Kontra l-klima Mediterranja, l-istaġun nixef idum iżjed mis-sajf.
- Il-klima Oċeanika (Cfb), insibuha fin-naħa ta' fuq tal-pajjiż, l-iżjed fir-reġjun tal-Pajjiżi Baski, Asturias, Cantabria u parti mill-Galizja. B'kuntrast mal-klima Mediterranja, it-temperaturi xitwin u sajfin huma influwenzati mill-baħar u m'hemmx dik in-nixfa tas-sajf.
Barra dawn it-tipi prinċipali, nistgħu insibu wkoll sotto-tipi oħra, bħall-klima Alpina tal-Pirenej u fis-Sierra Nevada, u klima subtropikali tipika fil-Gżejjer Canarias.
Demografija[immodifika | immodifika s-sors]
Gruppi etniċi[immodifika | immodifika s-sors]
Il-popolazzjoni hi magħmula fil-part l-kbira minn Spanjoli li jappartienu għal diversi gruppi etniko-lingwistiċi (Kastiljani, Katalani-Valenċjani, Galizjani, Baski, eċċ) u minn minoranza ta' barranin, li fil-bidu tal-2008, kienet tirrappreżenta ftit iżjed minn 11% tal-popolazzjoni globali: 5.2 miljuni minn 46 miljun bejn wieħed u ieħor[35]. Il-komunitajiet fejn hemm l-iżjed barranin huma tal-Katalonja, bi 'l fuq minn miljun ruħ, ta' Madrid, b'kważi miljun u ta' Valenċja, b'madwar 800,000 ruħ. Hemm għadd kbir ta' immigranti mill-Ewropa tal-Lvant, (l-iżjed Rumeni, li bħalissa jirrappreżentaw il-komunità alloġena l-iżjed numeruża fil-pajjiż), Afrikani ta' Fuq, li ħafna minnhom huma klandestini (impjegati l-iżjed fl-agrikultura ta' Spanja t'Isfel), u Latinoamerikani.
Popolazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]
Id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni mhijiex uniformi għax hi kondizjonata mill-forma tat-territorju: fuq il-kosti, matul il-widien tax-xmajjar u fiż-żoni li huma ekonomikament iżjed avvanzati u li fihom żviluppaw l-agrikoltura u l-industrija, id-densità taqbeż it-300 abitant kull km². Min-naħa l-oħra f'ħafna erji tal-meseta, id-densità hi taħt id-29 abitant kull km². Il-popolazzjoni urbana (77%) dejjem tikber.
Il-popolazzjoni totali ta' Spanja kienet, skont l-istima tas-sena 2010, ta' 45,054,694 abitant, b'densità medja ta' 81 abitant kull km², maqsuma mal-komunitajiet awtonomi li jagħmlu parti mir-renju.
Il-fenomenu tal-urbanizzazzjoni hu reċenti ħafna, u llum 70% tal-Ispanjoli jgħixu fil-bliet li ħafna minnhom żvillupaw b'mod mhux ippjanata u bi problemi, kultant gravi, ta' tniġġiż.
Il-territorju tal-pajjiż hu maqsum f' komunitajiet awtonomi li jgawdu ċerta awtonomija skont l-istorja tagħhom.
Reliġjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]
Skont studju reċenti magħmul minn Arda[36]:
Insara: 90,14%.
Anjostiċi: 6,94%.
Misilmin: 1,57%.
Atej: 1,10%.
Lhud: 0,13%.
Oħrajn: 0,12%.
Lingwi[immodifika | immodifika s-sors]
L-ilsien uffiċjali hu l-Kastiljan jew l-Ispanjol. F'xi komunitajiet awtonomi xi lingwi huma ko-uffiċjali mal-Kastiljan: il-Katalan/Valenċjan f'Katalonja, il-Gżejjer Baleares u fil-Komunità Valenċjana: il-Galizjan f'Galizja u l-Bask fil-Pajjiżi Baski u Navarra. L-istat Spanjol u l-amministrazzjonijiet tal-periferija jipproteġu u jinkoraġġixxu l-użu, fil-kuntest lokali, ta' xi lingwi mitkellma li però ma jgawdux l-istatus ta' ko-uffiċjalità bħall-Asturjan, il-Leoniż, id-djalett ta' Estremadura, l-Aragoniż. Fil-wied tal-Aran mal-Kastiljan u l-Katalan, hu rikonoxxut ukoll l-Araniż, tip ta' Gaskon tal-grupp lingwistiku Oċċitan. F'Concepción ħdejn Ġibiltà in n-ies jitkellmu il-Llanito u l-Ingliż bħala t-tielet ilsien.
Fil-bliet awtonomi Afrikani ta' Ceuta u Melilla jitkellmu wkoll l-Għarbi u l-Berberu u parti mill-popolazzjoni titkellem il-Franċiż bħala t-tielet jew ir-raba' lingwa.
Suddiviżjonijiet amministrativi[immodifika | immodifika s-sors]
Komunitajiet awtonomi[immodifika | immodifika s-sors]
Spanja hi maqsuma f'17-il komunità awtonoma (comunidades autónomas, al singolare: comunidad autónoma) li jerġgħu jinqasmu f'50 provinċja. Hemm ukoll żewġt ibliet awtonomi: Ceuta u Melilla (iddesinjati uffiċjalmente bħala Plazas de Soberanía en el Norte de África).
Ceuta, Melilla u xi gżejjer ċkejknin huma li baqa' mill-imperu kolonjali vast li kellu l-pajjiż. Il-gżejjer fihom xi 0.65 km² u għandhom 312 abitant. B'kollox Spanja għandha territorji ta' 31.65 km² fl-Afrika ta' Fuq, b'popolazzjoni ta' 138,228 abitanti
Provinċji u muniċipji[immodifika | immodifika s-sors]
Meta daħlet is-sistema tal-komunitajiet awtonomi, il-poter tal-provinċji naqas. Għadhom jintużaw bħala distretti elettorali, għall-kodifika postali u bħala riferimenti ġeografiċi.
Hemm sitt komunitajiet awtonomi li huma magħmulin minn provinċja waħda biss: Asturias, il-Gżejjer Baleares, Cantabria, La Rioja, Madrid, Murcia, u Navarra.
Il-provinċji jerġgħu jinqasmu f'muniċipji (bl-Ispanjol municipio). Bħala r-ras tal-muniċipju hemm l-alcalde jew is-sindku.
Bliet prinċipali[immodifika | immodifika s-sors]
Bliet prinċipali ta' Spanja | ||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Belt | Komunità Awtonoma | Popolazzjoni | Belt | Komunità Awtonoma | Popolazzjoni | |||||
1 | Madrid | Komunità ta' Madrid | 3.273.049 | 11 | Alicante | Comunidad Valenciana | 334.418 | |||
2 | Barċellona | Katalonja | 1.619.337 | 12 | Córdoba | Andalucía | 328.547 | |||
3 | Valensja | Komunità Valensjana | 809.267 | 13 | Valladolid | Castilla y León | 315.522 | |||
4 | Sevilja | Andalusija | 704.198 | 14 | Vigo | Galicia | 297.124 | |||
5 | Żaragoża | Aragona | 675.121 | 15 | Gijón | Prinċipat tal-Asturji | 276.854 | |||
6 | Malaga | Andalusija | 573.969 | 16 | La Coruña | Galizja | 244.162 | |||
7 | Mursja | Reġjun ta' Mursja | 448.700 | 17 | Hospitalet de Llobregat | Katalonja | 241.750 | |||
8 | Palma di Mallorca | Islas Baleares | 404.681 | 18 | Santa Cruz de Tenerife | Gżejjer Kanarji | 240.266 | |||
9 | Las Palmas de Gran Canaria | Gżejjer Kanarji | 383.308 | 19 | Granada | Andalusija | 235.692 | |||
10 | Bilbao | Pajjiż Bask | 353.187 | 20 | Vitorja | Pajjiż Bask | 239.154 | |||
Statistiki tal-2010[37] |
Erji prinċipali metropolitani[immodifika | immodifika s-sors]
Poż. | Komuni | Reġjun | Prov. | Abitanti |
---|---|---|---|---|
1 | Madrid | Madrid | Madrid | 5.883.521 |
2 | Barċellona | Katalonja | Barċellona | 3.150.380 |
3 | Valenċia | Komunità Valenzjana | Valenzja | 2.463.592 |
4 | Sevilja | Andalusija | Sevilja | 1.438.451 |
5 | Málaga | Andalusija | Malaga | 965.371 |
6 | Bilbao | Pajjiż Bask | Bilbao | 949.939 |
7 | Oviedo-Gijón | Asturji | Asturji | 857.495 |
8 | Alikante-Elċe | Komunità Valenzjana | Alikante | 725.395 |
9 | Żaragoża | Aragona | Żaragoża | 688.343 |
10 | Vigo | Galizja | Pontevedra | 659.632 |
Popolazzjoni tal-gżejjer[immodifika | immodifika s-sors]
- 1. Tenerife 886,033 ab. Gżejjer Canarias
- 2. Mallorca 846,210 ab. Gżejjer Baleares
- 3. Gran Canaria 829,597 ab.
- 4. Lanzarote 132,366 ab.
- 5. Ibiza 113,908 ab.
- 6. Fuerteventura 94,386 ab.
- 7. Menorca 86,697 ab.
- 8. La Palma 85,933 ab.
- 9. La Gomera 22,259 ab.
- 10. El Hierro 10,558 ab.
- 11. Formentera 7,957 ab.
- 12. Arosa 4,889 ab.
- 13. La Graciosa 658 ab.
- 14. Tabarca 105 ab.
- 15. Ons 61 ab.
Tmexxija tal-stat[immodifika | immodifika s-sors]
Skont il-Kostituzzjoni tal-1978, Spanja hi monarkija ereditarja parlamentari, fejn ir-re għandu r-rwol li jirrappreżenta l-pajjiż, imma wkoll li jiggarantixxi l-unità u d-demokrazija.
Il-poter eżekuttiv hu f'idejn il-Kunsill tal-Ministri (Consejo de Ministros), immexxi minn Prim Ministru, bil-fiduċja tal-parlament.
Il-poter legislattiv hu fi ħdan parlament bikamerali, il-(Cortes Generales) b'mandat ta' erba' snin, magħmul minn:
- Il-Kongress tad-Deputati (Congreso de los Diputados), kamra ta' 350 deputat, eletti b'sistema proporzjonali;
- Is-Senat tar-Renju ta' Spanja (Senado), kamra ta' 259 senatur, li minnhom 208 huma eletti direttament u 51 indirettament mill-kunsilli reġjonali.
Il-poter ġudizjarju hu indipendenti.
Politika[immodifika | immodifika s-sors]
Partiti politiċi u elezzjonijiet demokratiċi[immodifika | immodifika s-sors]
L-ewwel elezjoni demokratika wara l-mewt ta' Franco saret fil-15 ta' Ġunju 1977, u ntrebħet mill-lega tan-nofs lemini, Unión de Centro Democrático (UCD), immexxija minn Adolfo Suàrez. Is-sistema politika hi msejsa fuq il-multipartitiżmu, imma minn xi żmien 'l hawn kien hemm żewġ partiti dominanti: il-Partido Socialista Obrero Español (PSOE) (tan-nofs xellugi) u l-Partido Popular (PP) (taċ-ċentru lemini). Iż-żewġ partiti dominanti alternaw fil-poter, imma kważi dejjem, minħabba s-sistema elettorali, kellhom jidħlu f'koalizzjoni ma' partiti żgħar. Il-partit soċjalista mexxa l-gvern mill-1982 sal-1996 (immexxi minn Felipe González) u mill-2004 sal-2011 (immexxi minn José Luis Rodríguez Zapatero); il-partit popolari mill-1996 sal-2004 (immexxi minn José Maria Aznar) u mill-2011 sal-lum 2013 (immexxi minn Mariano Rajoy).
Organizzazzjonijiet internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
- Membru tal-Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda mill-14 ta' Diċembru 1955;
- Membru tan-NATO mill-1982;
- Membru tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 1986.
Kultura[immodifika | immodifika s-sors]
Arkitettura[immodifika | immodifika s-sors]
Bl-arkitettura Spsnjola, infissru l-eżempji kollha tal-arkitettura li nbnew maż-żmienijiet fi Spanja u x-xogħliet tal-arkitetti moderni Spanjoli li nsibu mad-dinja kollha.
Minħabba d-diversità storika u ġeografika, l-arkitettura Spanjola gawdiet minn ħafna influwenzi. Perezempju, belt importanti bħal Cordoba, li twaqqfet mir-Rumani u allura għandha infrastruttura vasta ta' dik l-epoka, saret il-kapitali kulturali tad-dinastija Iżlamika al-Għumawijjun li bnew fuqha binjiet ta' arkitettura fina fl-istil Għarbi.[38] Id-dinastiji Għarab li ġew wara fi Spanja, żviluppaw arkitettura tal-għaġeb, dejjem iżjed komplessa u karatteristika bħall-famuż kompless tal-Palazz ta' Granada.
Fl-stess żmien, feġġew ir-renji Nsara li, ftit ftit żviluppaw l-istil tagħhom li fih integraw il-flussi romaniċi u gotiċi. L-istil gotiku iffjorixxa b'mod straordinarju. Hemm eżempji ta' dan l-istil mat-territorju nazzjonali kollu. L-istil mudéjar, li żviluppa mis-seklu 12 sas-seklu 17 mill-għaqda ta' mottivi bi stil Għarbi ma' mudelli tal-arkitettura Ewropea.
Il-parti l-kbira tal-arkitettura tas-seklu 20 hi fl-istil tal-Moderniżmu, stil li kellu l-epiċentru tiegħu Barċellona u f'Gaudí is-simbolu tiegħu. Mill-bidu tas-seklu 21 Spanja kellha rivoluzzjoni fl-arkitettura kontemporanea u arkitetti Spanjoli bħal Rafael Moneo, Santiago Calatrava, Ricardo Bofill u ħafna oħrajn kisbu fama mondjali.
Letteratura[immodifika | immodifika s-sors]
Bit-terminu letteratura Spanjola infissru x-xogħol letterarju kollu miktub bl-Ispanjol, li jinkludi il-letteratura bl-Ispanjol mhux bilfors miktuba minn Spanjoli. Minħabba d-diversità ġeografika u generazzjonali, il-letteratura Spanjola kellha ħafna influwenzi u hi diżomoġenea ħafna. Fiha nsibu wħud mill-movimenti letterarji l-iżjed importanti.
Miguel de Cervantes x'aktarx hu l-kittieb l-iżjed famuż ta' Spanja u l-ktieb tiegħu Don Quixote hu meqjus bħala x-xogħol l-iżjed emblematiku fil-kanoni tal-letteratura Spanjola u wieħed mix-xogħlijiet klassiċi fundaturi tal-letteratura tal-punent.[39]
Ċinema[immodifika | immodifika s-sors]
Iċ-ċinema Spanjola kellha suċċessi importanti internazzjonali, fosthom l-Oscar għall-films El laberinto del fauno (Il-labirint tal-fawnu) u Volver.[40] Fl-istorja twila taċ-ċinema Spanjola, ir-reġista kbir Luis Buñuel kien l-ewwel li kiseb fama internazzjonali. Warajh kien hemm Pedro Almodóvar tard fis-snin 1980. Fost ir-reġisti ta' fama Spanjoli l-oħra insibu 'l Segundo de Chomón, Florian Rey, Luis García Berlanga, Carlos Saura, Julio Medem u Alejandro Amenábar.
Ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]
L-ekonomija Spanjola reġgħet daħlet fost l-ekomonomiji avvanzati tal-Europa tal-punent. B'mod partikolari, fl-għaxar snin bejn l-1998 u l-2008, l-ekonomija Iberika kienet fost l-iżjed dinamiċi fl-Ewrożona.[41] Is-soċjetà u l-ekonomija Spanjola għaddew minn perjodu qawwi ta' bidla u tikbir matul l-aħħar għoxrin sena tas-seklu 20. Wara li ħareġ mill-iżolament politiku u ekonomiku impost mid-dittatura faxxista, il-pajjiż infetaħ għal kummerċ internazzjonali u ssieħeb fl-UEfl-1986. L-ekonomija gawdiet ukoll mit-twelid ta' kumpanniji industrijali ġodda u mid-dħul ta' kapital barrani li sfrutta il-pagi baxxi biex jibdew inizjattivi industrijali u kummerċjali. Żdiedu wkoll il-mezzi ġodda ta' komunikazzjoni li għenu biex jiżdied il-qligħ tas-sistema produttiva. Is-settur terzjarju hu l-ikbar wieħed: it-turiżmu u l-agrikoltura (l-għeneb u ċ-ċitru) huma żviluppati ħafna. Madankollu, mill-bidu tal-kriżi finanzjarja kbira li bdiet fl-2008 u l-kriżi tas-sistema bankarja li ġiegħlet il-gvern Spanjol li jitlob l-għajnuna mill-Bank Ċentrali Ewropew f'Ġunju ta' 2012 minħabba li sfaxxa d-dħul mill-bejgħ tal-bini, l-ekonomija Spanjola daħlet fi kriżi profonda. Il-livell tal-qagħad qabeż il-25% u l-klassifikazzjoni tad-dejn sovran li kienet tripla A tniżżlet (mill-aġenzija Moody’s) għal BAA3 b'prospett negattiv fl-14 ta' Ġunju 2012. Ir-rata tal-imgħax tas-self tal-gvern għal għaxar snin telgħet għal 7% fis-sena.
Turiżmu[immodifika | immodifika s-sors]
Matul l-aħħar erbgħin sena l-industrija tat-turiżmu Spanjola kibret ħafna tant li saret it-tieni l-ikbar waħda fid-dinja, b'valur smat ta' 40 biljun ewro fl-2006, u tagħmel madwar 5% tal-PGD.[42][43] Il-klima ta' Spanja, il-monumenti storiċi u kulturali, il-pożizzjoni ġeografika tagħha, flimkien ma' infrastruttura moderna, jikkontribwixxu biex jagħmluha waħda mid-destinazzjonijiet l-iżjed imfittxa.
Enerġija[immodifika | immodifika s-sors]
Spanja hi wieħed mill-pajjiżi ta' quddiem fil-livell mondjali fl-iżvilupp tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Fl-2010 Spanja saret l-aqwa fid-dinja fil-produzzjoni tal-enerġija solari, aqwa mill-Istati Uniti b'impjant enormi, ħdejn Alvarado, Badajoz.[44][45] Spanja hi wkoll il-produttur Ewropej ewlieni tal-enerġija mir-riħ. Fl-2010 it-turbini tagħha ipproduċew 42,976 GWh, 16.4% tal-enerġija totali prodotta f'Spagna.[46][47][48] Fid-9 ta' Novembru 2010, l-enerġija mir-riħ kellha waqt storiku meta laħqet 53% tad-domanda tal-enerġija elettrika tat-terraferma[49] u ġġenerat kwantità ta' enerġija ekwivalenti għal 14-il reattur nukleari.[50] L-enerġiji rinnovabbli l-oħra użati fi Spanaj huma l-idroelettriku, il-bijomases u l-enerġija tal-baħar (qed jinbnew 2 impjanti).[51]
Is-sorsi mhux rinnovabbli ta' enerġija użati fi Spanja huma in-nukleari (8 reatturi operattivi), il-gass, il-faħam u ż-żejt.
Trasport[immodifika | immodifika s-sors]
Is-sistema tat-toroq ewlenin hi ta' tip ċentralizzat, b'6 awtostradi li jgħaqqdu Madrid mal-Pajjiżi Baski, ma' Katalonja, ma' Valenċja, ma' Andalusija tal-punent, ma' Estremadura u ma' Galizja. Barra minn dawn, hemm toroq ewlenin oħra mal-kosta tal-Atlantiku (minn Ferrol sa Vigo), f'Cantabria (minn Oviedo sa San Sebastián) u mal-kosta tal-Mediterran (minn Girona sa Cadiz).
Ix-xibka tal-ferrovija ta' veloċità għolja li għandha Spanja hi l-iżjed mifruxa fl-Ewropa u t-tieni l-iżjed mifruxa fid-dinja wara ċ-Ċina.[52][53]F'Ottobru tal-2010 Spanja kellha total ta' 3,500 km ta' linji ta' veloċità għolja li jgħaqqdu Malaga, Sivilja, Madrid, Barċellona, Valenċja u Valladolid, b'treni li jilħqu veloċità ta' 300 km/h. F'dak li rigward il-puntwalità, hi t-tieni fid-dinja (98.54% jaslu fil-ħin) wara Shinkansen tal-Ġappun (99%).[54] Jekk l-objettivi tal-programm ambizzjuż ta' Alta Velocidad Española jintlaħqu, sal-2020 Spanja jkollha 7000 km ta' linji ferrovjarji b'veloċità għolja li jgħaqqdu kwazi il-bliet kollha ma' Madrid f'inqas minn 3 sigħat u ma' Barċellona f'inqas minn 4 sigħat.
Fi Spanja hemm 47 ajruport pubbliku. L-iżjed traffikuż minnhom hu l-ajruport ta' Madrid-Barajas, b'50.8 miljun passiġġier fl-2008. L-ajruport ta' Barċellona (El Prat) b'30 miljun passiġġier fl-2008 hu importanti wkoll. Hemm ajruporti kbar oħra f'Gran Canaria, Malaga, Valenċja, Sivilja, Mallorca, Alicante u Bilbao.
Sport[immodifika | immodifika s-sors]
L-interess sportiv fi Spanja hu ddominat mill-futbol. Real Madrid CF u FC Barcelona huma tnejn mit-timijiet tal-futbol li kellhom l-iżjed suċċess. It-Tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja, rebaħ il-Kampjonat Ewropew tal-Futbol fl-1964, fl-2008 u fl-2012 u t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol fl- 2010.
Il-basketball, it-tennis, iċ-ċikliżmu, il-handball, il-motoċikliżmu u l-Formula 1 kollha żdiedu fil-popolarità u s-suċċess li kellhom bis-saħħa ta' ċampjins Spanjoli f'dawn l-oqsma. Il-Logħob Olimpiku tas-Sajf 1992 saru Barċellona. L-industrija tat-turiżmu ġabet titjib fl-infrastruttura sportiva, b'mod partikolari fl-oqsma tal-isport akwatiku, tal-golf u l-iskiing.
Rafael Nadal li bħalissa hu l-aqwa plejer tat-tennis Spanjol rebaħ diversi titli tal-Grand Slam. Anki t-tim Spanjol tat-Tazza Davis kiseb riżultati tajbin ħafna b'5 titli mirbuħa bejn l-2000 u l-2011. Fin-naħa ta' fuq ta' Spanja il-logħba tal-pelota hi popolari ħafna. Alberto Contador hu l-aqwa ċiklista Spanjol u rebaħ diversi titli tal-Grand Tour fosthom tliet titli tat-Tour de France, imma wara ġie skwalifikat minħabba d-drogi.
Nies importanti minn Spanja[immodifika | immodifika s-sors]
- Averroes kien filosfu, tabib, matematiku e ġurista Għarbi
- Isabella ta' Kastilja reġina konsorti ta' Sqallija mill-1469 sal-1504, reġina ta' Kastilja mill-1474 sal-1504, u reġina konsorti ta' Aragona, Valenzja, Sardinja, Mallorca u reġina titulari ta' Korsika, Kontessa konsorti ta' Barċellona u tal-kontej Katalani mill-1479 sal-1504.
- Hernán Cortés
- Vasco Núñez de Balboa
- Juan Sebastián Elcano
- Francisco Pizarro
- Filippu II
- Tirso de Molina
- Lope de Vega
- Miguel de Cervantes
- Diego Velázquez
- Calderón de la Barca
- Francisco de Goya
- Baltasar Gracián
- Santiago Ramón y Cajal
- Antoni Gaudí
- Pablo Ruiz Picasso
- Joan Miró
- Raimondo Lullo
- Michele Serveto
- Ignacio de Loyola (San Injazju Loyola)
- Menchu Gal
- María Dolores Pradera
- Jacinto Benavente
- Antonio Ortiz Echague
- Federico García Lorca
- Luis Buñuel
- Salvador Dalì
- Pedro Almodovar
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ a b c d [1] Spanja, Fond Monetarju Internazzjonali, aċċessata 10 ta' Ottubru 2012
- ^ Spanjol:islas Salvajes, Portugiż:Ilhas Selvagens
- ^ Anuario estadístico de España 2006. 1ª parte: entorno físico y medio ambiente
- ^ Jesús-Luis Cunchillos y José-Ángel Zamora, Gramatica elemental fenicia, Madrid, Consejo Superior de Investigaciones Científicas, 1997 (pp. 141-154), ISBN 84-00-07702-4
- ^ ‘First west Europe tooth’
- ^ Oġġetti Awrinjazjani tipiċi instabu f'Cantabria (Morín, El Pendo, Castillo), il-Pajjiż Bask (Santimamiñe) u Catalonia. Id-datazzjoni bir-radjukarbonju tagħti dawn id-dati: 32,425 u 29,515 perjodu tal-bronz.
- ^ Rinehart Robert, Seeley, Jo Ann Browning, A Country Study: Spain – Hispania
- ^ Payne Stanley G. A History of Spain and Portugal Ch. 1 Ancient Hispania
- ^ Id-Dhimma tipprovdi d-dritt għar-reżidenza bil-ħlas tat-taxxi. H. Patrick Glenn, Legal Traditions of the World, Oxford University Press, 2007, pg. 218–219.
- ^ Id-Dhimmi għandhom inqas drittijiet legali u soċjali mill-Misilmin imma iżjed dtittijiet minn dawk li mhumiex Misilmin. Lewis, Bernard, The Jews of Islam, Princeton: Princeton University Press (1984). ISBN 978-0-691-00807-3 p. 62
- ^ Thomas F. Glick Islamic and Christian Spain in the Early Middle Ages, Kap. 5: Ethnic Relations,
- ^ Stanley G.. A History of Spain and Portugal, Kap. 2: Al-Andalus
- ^ Rinehart Robert, Seeley, Jo Ann Browning, A Country Study: Spain – Castile and Aragon
- ^ Payne Stanley G., A History of Spain and Portugal, Kap. 5 The Rise of Aragón-Catalonia
- ^ The Black Death [2]
- ^ The Treaty of Granada, 1492
- ^ Spanish Inquisition left genetic legacy in Iberia, New Scientist, 4 ta' Diċembru 2008
- ^ Rinehart Robert, Seeley, Jo Ann Browning, A Country Study: Spain – The Golden Age
- ^ Imperial Spain Università ta' Calgary
- ^ Payne Stanley G., A History of Spain and Portugal Kap. 13 The Spanish Empire
- ^ Gascoigne Bamber, History of Spain: Bourbon dynasty: from AD 1700
- ^ David A. Bell, Napoleon’s Total War
- ^ (Gates 2001, p.20)
- ^ (Gates 2001, p.467)
- ^ Spanish Civil War crimes investigation launched
- ^ Relatives of Spaniards who fled Franco granted citizenship
- ^ Pfanner, Eric, Economy reaps benefits of entry to the ‘club’ : Spain’s euro bonanza Pfanner, Eric Ara wkoll: Spain’s economy / Plain sailing no longer
- ^ Al-Qaeda ‘claims Madrid bombings’ Madrid bombers get long sentences
- ^ Del 11-M al 14-M: estrategia yihadista, elecciones generales y opinión pública
- ^ Spain awakes to socialist reality
- ^ Parque Nacional del Teide en todo sobre España
- ^ World Map of the Köppen-Geiger climate classification
- ^ [3]
- ^ [4]
- ^ cfr. is-sit tal-INE
- ^ Association of Religion Data Archives (ARDA) hi assoċjazzjoni Amerikana reżidenti fid-Dipartiment tas-Soċjoloġij tal-Università tal-Istat ta' Pennsylvania fl-Istati Uniti.
- ^ Instituto nacional de estadística
- ^ Cruz Jo, Western Views of Islam in Medieval and Early Modern Europe: Perception and Other, Editur David R. Blanks u Frassetto, New York, Saint Martin’s Press, 1999.
- ^ a b The top 100 books of all time, The Guardian
- ^ Jordan Barry, Rikki Morgan-Tamosunas, Contemporary spanish cinema, Manchester University Press, 1998
- ^ www.spagna.cc
- ^ Global Guru
- ^ Bank ta' Spanja - Rapport ekonomiku
- ^ Spain Is World’s Leader In Solar Energy
- ^ Spain becomes solar power world leader
- ^ Spain becomes the first European wind energy producer after overcoming Germany for the first time
- ^ Asociación Empresarial Eólica – Spanish Wind Energy Association – Energía Eólica
- ^ [ http://www.elpais.com/articulo/sociedad/eolica/supera/primera/vez/mitad/produccion/electrica/elpepusoc/20091109elpepisoc_2/Tes Méndez Rafael La eólica supera por primera vez la mitad de la producción eléctrica]
- ^ Wind power in Spain breaks new instantaneous power record
- ^ 14 reactores nucleares movidos por el viento
- ^ La Fuerza del Mar
- ^ The Need for Speed–High Speed Rail in Europe: Do You Speak Spanish? Europe on Track
- ^ Spain has developed Europe’s largest high-speed rail network.
- ^ Spain powers ahead with high-speed rail
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Spanja |