Arti
L-arti, b'mod ġenerali, tinkludi kwalunkwe attività umana - magħmula b'mod singulari jew inkella kollettiv - li, permezz ta' teknika, kapaċitajiet innati u normi ta' mġiba miksuba mill-istudju u mill-esperjenzi, twassal għal forom kreattivi ta' espressjoni estetika. Illum-il ġurnata, l-arti hija strettament marbuta mal-emozzjonijiet, u għaldaqstant l-espressjonijiet artistiċi, avolja mmirati biex jitrażmettu "messaġġi", ma jiffurmawx lingwaġġ propju, għaliex m'għandhomx kodiċi inekwivokabbli li kulħadd juża u minflok, dawn jiġu interpretati b'mod soġġettiv għall-aħħar.
L-arti tista' tiġi kkunsidrata anki taħt l-aspett ta' professjoni bi tradizzjoni antika, żvolta taħt il-ħarsien ta' ċerti kanoni kodifikati maż-żmien. F'dan is-sens, il-professjoni artiġjanali - jiġifieri, dawk li għandhom x'jaqsmu mal-artiġjanat - spiss huma frott il-Medjuevu, meta b'xi mod żviluppaw bħala attivitajiet speċjalizzati u dawk li eżerċitawhom ġew miġbura f'korporazzjonijiet. Kull arti kellha t-tradizzjoni tagħhjja, liema kunċetti fundamentali kienu miġbura fir-regola tal-arti u li magħhom kellu jkun konformi kull artist.
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Arti |
Dan l-artiklu dwar l-arti huwa abbozz. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |