Wikipedija:Abbozz
Fi ftit kliem: Artiklu li jkun wisq qasir sabiex jipprovdi informazzjoni bażika dwar suġġett għandu jiġi mmarkat bħala abbozz. Kulħadd jista' jimmodifika artiklu li jkun taħt dan l-istat. |
Fil-Wikipedija, abbozz (jew stub) huwa artiklu qasir li mhuwiex strutturat biżżejjed sabiex jiġi kkunsidrat bħala artiklu enċiklopediku "matur", imma huwa ikbar minn daħla ta' dizzjunarju.
Informazzjoni bażika[immodifika s-sors]
Abozz huwa artiklu li jinkludi sentenza waħda jew ftit sentenzi li, għalkemm jipprovdu informazzjoni utli, huma wisq qosra sabiex ikopru l-aspett enċiklopediku ta' suġġett, u li jista' jitkabbar. Jekk abbozz għandu ftit informazzjoni li hija verifikabbli, jew jekk is-suġġett mhuwiex ta' ċertu notorjetà, dan jista' jiġi mħassar jew imwaħħad ma' artiklu relevanti ieħor.
Filwaqt li "definizzjoni" tista' tkun biżżejjed sabiex tikkwalifika artiklu bħala abbozz, il-Wikipedija mhijiex dizzjunarju. Id-distinzjoni bejn artikli ta' dizzjunarju u enċiklopedija hi espressa bil-fatt li:
- Artiklu ta' dizzjunarju huwa dwar kelma jew frażi u ħafna drabi jkollu iktar minn tifsira waħda
- Artiklu ta' enċiklopedija huwa dwar is-suġġett indikat mit-titlu però ħafna drabi għandu tifsira waħda (jew f'ċerti każi, diversi tifsiriet li huma pjuttost l-istess) imma jista' jkun li jkun hemm diversi kelmiet ekwivalenti (sinonimi) jew frażi għalih.
Artikli mdaqqsin mhumiex meqjusa bħala abbozzi, anke jekk għandhom problemi evidenti jew jidhru mhumiex kompluti. B'dawn l-artikli kbar, xi mudell ta' servizz jiġi miżjud minflokk mudell ta' abbozz.
Dimensjonijiet[immodifika s-sors]
Għal numru ta' snin, edituri differenti segwew regoli differenti biex jgħinhom jikklassifikaw artiklu bħala abbozz. Edituri jistgħu jiddeċiedu li artiklu b'iktar minn għaxar sentenzi huwa wisq kbir għal abbozz jew li artikli b'inqas minn 250 kelma huwa klassifikabbli għal abbozz.
M'hemm l-ebda daqs predefinit kif artiklu ma jibqax iktar abbozz. Filwaqt li artikli qosra għandhom probabbiltà qawwija li jkunu abbozzi, hemm xi suġġetti li dwarhom ftit li xejn tista' tikteb fuqhom. Bil-kontra, hemm suġġetti li fuqhom jista' jinkiteb ħafna, u l-artikli tagħhom xorta waħda jistgħu jkunu abbozzi anke jekk huma xi żewġ paragrafi twal. B'hekk, huwa impossibbli li tistqarr jekk artiklu huwiex abbozz ibbażat biss fuq id-daqs, u kwalunkwe deċiżjoniji fuq l-artiklu għandha tkun abbażi tal-aqwa ġudizzju tal-editur. Bl-istess mod, l-istatus ta' stub jiddependi ħafna drabi fuq id-daqs tal-proża biss, u elenki, mudelli, stampi, u partijiet periferali oħra tal-artiklu mhumiex ikkunsidrati meta tiġġudika jekk artiklu huwiex abbozz jew le.
Artiklu ta' abbozz ideali[immodifika s-sors]
Meta tikteb abbozz, kun af li dan għandu jkollu informazzjoni biżżejjed għal edituri oħrajn sabiex jespandu. L-għan huwa li tipprovdi kuntest adegwat; artikli bi ftit jew mingħajr kuntest jiġu mħassra immedjatament. Ir-riċerka tiegħek tista' ssir kemm permezz ta' kotba jew bl-użu ta' siti elettroniċi affidabbli. Tista' wkoll tikkontribwixxi għal tagħrif minn sorsi oħra, imma huwa utli li tagħmel riċerka qabel sabiex tassigura li l-fatti huma preċiżi u imparzjali. Uża l-kliem tiegħek: billi tikkopja minn sorsi oħra mingħajr ma tagħti kreditu huwa plaġju, u f'ċerti każi jista' jkun vjolazzjoni ta' copyright.
Ibda billi tiddefenixxi jew tiddeskrivi s-suġġett tiegħek. Ikteb ċar u b'mod informattiv. Stqarr, per eżempju, għala persuna hija famuża, fejn post jinsab u għala huwa popolari, jew id-dettalji ta' avveniment u meta sar.
Wara, prova espandi d-definizzjoni bażi. Orbot lejn paġni oħra sabiex qarrejja li mhumiex familjari mas-suġġett jistgħu jifhmu dak li ktibt. Evita li tagħmel ħoloq għalxejn; minflok, ikkunsidra liema kliem l-utent jista' jkollu bżonn sabiex jifhem l-artiklu. Fl-aħħar, pass importanti: żid sorsi għall-informazzjoni li poġġejt fl-abbozz.
Kif timmarka artiklu bħala abbozz[immodifika s-sors]
Meta tiltaqa' ma' abbozz, jew tkun ktibt artiklu qasir, għandek iżżid mudell tal-abbozz. Dan jgħarraf lil utenti oħra dwar l-istat li jinsab fih l-artiklu.
Skont il-manwal tal-istil, il-mudell tal-abbozz għandu jitpoġġa fil-bidu tal-paġna, qabel kwalunkwe kontenut tal-artiklu. Żid il-mudell billi tikteb:
- {{stub}}
Addizzjonalment, ikun aħjar li tikkategorizza l-artiklu skont is-suġġett billi iżżid isem ta' suġġett mil-lista:
- {{stub|bijoloġija}}
Meta ma tispeċifikax is-suġġett tal-artiklu, dan tal-aħħar jiġi miżjud fil-kategorija Abbozzi li tiġbor l-abbozzi kollha. Kull suġġett għandu l-kategorija rispettiva ta' abbozzi.