Slovakkja
Repubblika Slovakka
Slovenská republika
|
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Innu nazzjonali: "Nad Tatrou sa blýska" Sajjetti Madwar it-Tatras |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) |
Bratislava 48°09′N 17°07′E / 48.15°N 17.117°E |
|||||
Lingwi uffiċjali | Slovakk | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari | |||||
- | President | Andrej Kiska | ||||
- | Prim Ministru | Robert Fico | ||||
Indipendenza | ||||||
- | mill-Awstrija–Ungerija (bħala parti miċ-Ċekoslovakkja) |
28 ta' Ottubru 1918 | ||||
- | miċ-Ċekoslovakkja | 1 ta' Jannar 19931 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 49,035 km2 (129) 18,932 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | negliġibbli | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2012 | 5,410,836[1] (115) | ||||
- | ċensiment tal-2011 | 5,397,036 | ||||
- | Densità | 111/km2 (88) 287/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $132.384 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $24,284[2] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2013 | |||||
- | Total | $91.186 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $16,726[2] | ||||
IŻU (2013) | 0.840[3] (għoli) (35) | |||||
Valuta | Ewro (€) (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
TLD tal-internet | .sk2 | |||||
Kodiċi telefoniku | +421 | |||||
1 | Iċ-Ċekoslovakkja inqasmet fir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja; ara Divorzju Velvet. | |||||
2 | Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea. |
Is-Slovakkja ( sloʊˈvɑːkiə (għajnuna·info); Slovakk: Slovensko (għajnuna·info)), uffiċjalment ir-Repubblika Slovakka (Slovakk: Slovenská republika), hija pajjiż interkjuż fl-Ewropa Ċentrali.[4][5] Il-pajjiż għandhu popolazzjoni ta' aktar minn ħames miljuni u erja ta' madwar 49,000 kilometru kwadru (19,000 mi kw). Is-Slovakkja hija mdawra mir-Repubblika Ċeka u l-Awstrija lejn il-punent, il-Polonja lejn it-tramuntana, l-Ukraina lejn il-lvant u l-Ungerija fin-nofsinhar. L-akbar belt hija l-kapitali, Bratislava, u t-tieni l-akbar hija Košice. Is-Slovakkja hija stat membru tal-Unjoni Ewropea, tan-NATO, tal-Ġnus Magħquda, l-OECD u L-WTO fost oħrajn. Il-lingwa uffiċjali hija s-Slovakk, membru tal-familja tal-Lingwi Slavi.
Is-Slavi waslu fit-territorju li llum il-ġurnata msejjaħ Slovakkja fis-sekli 5 u 6 matul il-perijodu ta' emigrazzjoni. Matul l-istorja, diversi partijiet tas-Slovakkja tal-lum kienu ikkontrollati mill-Imperu ta' Samo (l-ewwel unità politika magħrufa tas-Slavi), il-Prinċipalità ta' Nitra (bħala entità indipendenti, bħala parti tal-Gran Moravja u bħala parti mir-Renju Ungeriż), il-Gran Moravja, ir-Renju tal-Ungerija,[6] l-Imperu Awstro-Ungeriż jew l-Imperu Habsburg, u ċ-Ċekoslovakkja. L-iStat Slovakk separat eżista għal mien qasir fit-Tieni Gwerra Dinjija, li matulha s-Slovakkja kienet dipendenza tal-Ġermanja Nażista bejn l-1939 u l-1944. Mill-1945, is-Slovakkja għal darb'oħra saret parti miċ-Ċekoslovakkja. Is-Slovakkja saret stat indipendenti fl-1 ta' Jannar 1993 wara x-xoljiment paċifiku taċ-Ċekoslovakkja.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Statistiċi Slovakkja. 3 ta' Ġunju 2013.
- ^ a b c d Slovakkja. International Monetary Fund
- ^ Human Development Report 2013. Ġnus Magħquda, 2013
- ^ Austrian Foreign Ministry
- ^ UNHCR regional classification. UNHCR
- ^ Encyclopedia of Russian & Slavic myth and legend, ABC-CLIO, 1998. ISBN 1-57607-130-8, 9781576071304
|