Indja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Repubblika tal-Indja
Bharat Ganrajya
Bharat Ganrajya – Bandiera Bharat Ganrajya – Emblema
Mottu: "Satyameva Jayate"
(Sanskrit)
Innu nazzjonali: 
Jana Gana Mana
Inti l-ħakkiem tal-imħuħ tan-nies kollha

India (orthographic projection).svg
Żona kkontrollata mill-Indja murija bl-aħdar skur; iżda reġjuni mhux ikkontrollati murija bl-aħdar ċar.
Belt kapitali New Delhi
28°36.8′N 77°12.5′E / 28.6133°N 77.2083°E / 28.6133; 77.2083
L-ikbar belt Mumbai
Lingwi uffiċjali Hindi · Ingliż
Gvern Repubblika kostituzzjonali parlamentari Federali
 -  President Pranab Mukherjee
 -  Viċi President Mohammad Hamid Ansari
 -  Prim Ministru Narendra Modi
 -  Kelliem tal-Kamra Meira Kumar
 -  Prim Imħallef Altamas Kabir[1]
Indipendenza mir-Renju Unit 
 -  Ħakma 15 ta' Awwissu 1947 
 -  Repubblika 26 ta' Jannar 1950 
Erja
 -  Total 3,287,263 km2 (7)
1,269,219 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 9.6
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2 1,210,193,422 
 -  Densità 373.7/km2 (31)
967.8/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $4.711 triljun[2] (3)
 -  Per capita $3,851[2] (129)
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $1.947 triljun[2] (10)
 -  Per capita $1,592[2] (140)
IŻU (2012) Increase 0.554[3] (medju) (136)
Valuta Rupi (INR)
Żona tal-ħin IST (UTC+05:30)
TLD tal-internet .in
Kodiċi telefoniku +91

L-'Indja (En-us-India.ogg ˈɪndiə ), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Indja hi pajjiż li tinsab fin-nofsinhar tal-Asja u tkopri l-parti l-kbira tas-subkontinet Indjan. Ħafna rotot storiċi u merkantili jgħaddu minnha. L-Indja għandha kosta ta' aktar minn sebat elef kilometru u għandha fruntieri mal-Pakistan, iċ-Ċina, il-Birmanja, il-Bangladexx, in-Nepal, il-Butan u l-Afganistan. Is-Sri Lanka, il-Maldivi u l-Indoneżja huma gżejjer nazzjonijiet fil-qrib. L-Indja hija it-tieni pajjiż l-aktar popolat fid-dinja, b'popolazzjoni ta' aktar minn biljun ruħ, u ġeografikament is-seba' l-akbar pajjiż.

L-Indja hija l-benniena taċ-ċiviltajiet l-aktar antiki u tat ukoll it-twelid lil erba' reliġjonijiet: L-Induiżmu, il-Buddiżmu, il-Ġeiniżmu u is-Sikiżmu. Il-pajjiż kien parti mill-Imperu Brittanniku qabel ma kiseb l-indipendenza fl-1947. Fl-aħħar għoxrin sena, l-Indja kibret sew, fl-ekonomija u fir-rwol militari u internazzjonali.

L-isem Indja ġej mill-kelma 'Hindu' fil-Persjan antik, li hi nnifisha ġejja mill-kelma 'Sindhu' (Sanskritu), l-isem storiku għax-xmara Indus. Il-kostituzzjoni tal-Indja u l-użu ġenerali jirrikonoxxu wkoll l-isem Bharat (Hindi: भारत), li kien l-isem fis-Sanskritu tar-re antik Hindu. Isem ieħor huwa, Hindustan (Hindi: हिन्दूस्थान), jew 'l-art tal-Hindus' fil-Persjan, li ntuża miż-żminijiet Mughal, għalkemm dan l-isem mhux użat kullimkien illum.

Vande Mataram hija l-għanja nazzjonali Indjan. L-għanja nkitbet minn Bankim Ċandra Ċatterġii f'forma Sanskritizzata tal-lingwa Bengaliża. Flimkien mal-Innu Nazzjonali għandha tifsira simbolika kbira għall-Indja.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Justice Altmas Kabir is new Chief Justice of India. yahoo
  2. ^ a b c d Indja. Imf.org
  3. ^ Rapport tal-Iżvilupp Uman 2012. Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, 2012