Gana
Il-Gana, magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika tal-Gana, huwa stat sovran li jinsab fil-Golf tal-Ginea u l-Oċean Atlantiku fl-Afrika tal-Punent. Il-pajjiżi konfini tagħha huma l-Kosta tal-Avorju fuq il-Punent, Burkina Faso fit-Tramuntana, it-Togo fuq il-Lvant u l-Golf tal-Ginea u l-Oċean Atlantiku fin-Nofsinhar.
Qabel ma ġiet kolonizzata, fil-Gana kienu jgħixu numru ta' popli fil-biċċa mir-renji Akan. Stati mhux Akani maħluqa mill-poplu Dagomba kienu jeżistu wkoll. Qabel il-kuntatt mal-Ewropej, il-kummerċ bejn l-Akani u stati oħra Afrikani stagħnew grazzi għar-rikezza tad-deheb tal-Akani. Il-kummerċ mal-istati Ewropej beda mal-kuntatt mal-Portugiżi fis-seklu 15. Fl-1874, il-Brittanja kisbet il-kontroll fuq diversi partijiet tal-pajjiż fejn assenjathom l-istatus ta' Gold Coast. Din kisbet l-indipendenza mir-Renju Unit fl-1957, biex sar l-ewwel pajjiż Afrikan li għamel dan.
Il-Gana hija t-tieni l-ikbar produttur tal-kakaw, u waħda mill-ikbar produtturi tad-deheb fid-dinja. Fit-territorju tagħha hemm ukoll il-Lag Volta, l-ikbar lag artifiċjali fid-dinja.
Etimoloġija tal-isem[immodifika | immodifika s-sors]
It-terminu Gana ifisser "Re Gwerrier" u kien it-titlu mogħti lir-rejiet tal-Imperu tal-Gana, għalkemm dan l-imperu kien iktar fit-Tramuntana minn fejn illum hemm il-pajjiż tal-Gana.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
|
|