Kuba

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Repubblika tal-Kuba
República de Cuba
República de Cuba – Bandiera República de Cuba – Emblema
Mottu: "Patria o Muerte"
Patrija jew Mewt
Innu nazzjonali: La Bayamesa
[1]

CUB orthographic.svg
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Ħavana
23°8′N 82°23′W / 23.133°N 82.383°W / 23.133; -82.383
Lingwi uffiċjali Spanjol
Gvern Marxist–Leninist stat partit-wieħed
 -  President tal-
Kunsill tal-Istat
Raúl Castro
 -  L-Ewwel Viċi President Miguel Díaz-Canel[2]
 -  L-Ewwel Segretarju tal-Partit Komunista Raúl Castro
 -  President tal-
Assemblea Nazzjonali
Esteban Lazo Hernández
Indipendenza minn Spanja u mill-Istati Uniti
 -  Gwerra ta' Għaxar Snin 1868 – 1878 
 -  Repubblika ddikjarata 20 ta' Mejju, 1902 
 -  Rivoluzzjoni Kubana 1 ta' Jannar, 1959 
Erja
 -  Total 109,884 km2 (105)
42,426 mil kwadru 
 -  Ilma (%) negliġibbli[3]
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2012 11,163,934[4] 
 -  Densità 102/km2 (106)
264.0/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $121 biljun (66)
 -  Per capita $10,200 (91)
PGD (nominali) stima tal-2011
 -  Total $68.715 biljun (63)
 -  Per capita $6,106 (88)
IŻU (2012) 0.773[5] (għoli) (62)
Valuta Peso tal-Kuba
Peso konvertibbli tal-Kuba (CUC)
Żona tal-ħin CST (UTC-5)
TLD tal-internet .cu
Kodiċi telefoniku +53

Il-Kuba, uffiċjalment ir-Repubblika tal-Kuba (Spanjol: República de Cuba ,pronunzja: [reˈpuβlika ðe ˈkuβa] ), huwa pajjiż fil-Karibew. In-nazzjon tal-Kuba jikkonsisti fil-gżira prinċipali ta' Kuba, il-Gżira taż-Żgħożija, u diversi arċipelagi oħrajn.

Ħavana hija l-akbar belt u l-kapitali ta' dan il-pajjiż. San Ġakbu ta' Kuba hija t-tieni l-ikbar belt.[6][7]

In-nies, il-kultura, u d-drawwiet ta' dan il-pajjiż huma diversifikati u jieħdu minn diversi sorsi, fosthom, l-Aboriġini Taíno u Ciboney, iż-żmien taħt il-ħakma Spanjola, l-introduzzjoni tal-iskjavitu fil-kolonji Spanjoli u l-fatt li hi viċin tal-Istati Uniti tal-Amerika.

Kuba hija pajjiż b’popolazzjoni ta’ iktar minn 11-il miljun ruħ, f’medda ta’ 114,524 km kwadru (mitt ruħ kull km kwadru), fil-Baħar tal-Karibew, 145 km ‘il bogħod mill-belt Amerikana ta’ Florida. Tikkonsisti f’Kuba, l-ikbar gżira tal-West Indies, u ħafna gżejjer żgħar oħra. L-ibliet prinċipali huma Ħavana (il-kapitali), Camaguey, Santiago de Cuba, u Guantanamo. Il-klima hija waħda tropikali. Il-kafe`, ross, qamħ, frott taċ-ċitru u t-tabakk huma l-prodotti li jitkabbru; in-nickel huwa r-riżors minerali ta’ Kuba; u teżisti wkoll l-industrija tas-sajd. Iżda minkejja t-tentattivi kollha biex tiġi diversifika, l-ekonomija ta’ Kuba għadha tiddependi mill-produzzjoni taz-zokkor. Il-poplu Kuban huwa ta’ dixxindenza Spanjola, Afrikana, u taħlita ta’ Spanjol-Afrikana u l-lingwa tiegħu hi l-Ispanjol. Ir-reliġjon Kattolika naqset minn iktar minn 70 fil-mija għal madwar 40 fil-mija tal-popolazzjoni mill-1957. Numru kbir ta’ Kubani huma animisti, tal-kult magħruf bħala santeria, kult li ġabuh magħhom l-iskjavi Afrikani. Ħafna Kubani jqisu lilhom infushom atei jew nonreliġjużi. Il-gvern huwa reġim ta’ partit wieħed, dak Marxista, iddominat mill-fundatur tiegħu, Fidel Castro.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Kristofru Kolombu skopra l-gżira ta’ Kuba fl-1492, u Spanja kkolonizzatha sa mill-1511, u użatha bħala bażi għall-esplorazzjoni tad-Dinja l-Ġdida u l-punt fejn jinġabru l-flotot tagħha. Imsejħa l-“Perla ta’ l-Antille,” Kuba prosperat fis-sekli 17 u 18, b’ħafna ħaddiema lsiera minn Spanja u l-Afrika. Meta fil-bidu tas-seklu 19 ħafna mill-artijiet Amerikani ta’ Spanja saru indipendenti, Kuba baqgħet kolonja. L-iskjavitu`, is-saħħa ta’ l-ekonomija ta’ Kuba bbażata fuq iz-zokkor, kien għadu ma tneħħiex sa l-1886. Gwerra ta’ Għaxar Snin għall-indipendenza (1868–78) ma kinitx biżżejjed. Fl-1895 ġlieda ġdida, mmexxija minn José Martí wasslet għall-Gwerra Spanjol-Amerikana u t-twaqqif tar-repubblika Kubana fl-1898. Dan in-nazzjon ġdid għadda minn taħt diversi dittatorjati, li matulhom il-ħeġġa għar-riforma ħalliet postha għal korruzzjoni u ripressjoni, l-aktar taħt Gerardo Machado (1925–33) u s-suċċessur tiegħu, Fulgencio Batista y Zaldívar.

Fl-1 ta’ Jannar 1959, Fidel Castro ħa t-tmexxija tal-pajjiż wara rivoluzzjoni popolari kontra d-dittatur Batista. Castro mill-ewwel beda jwettaq programm ta’ riformi ekonomiċi u soċjali iżda mingħajr ma ta lura lill-pajjiż il-libertajiet li kien wiegħed qabel ma ħa l-poter. Dawk li bdew jopponuh intefgħu l-ħabs jew inqatlu. Bil-mod il-mod, Castro innazzjonalizza kollox, ħafna drabi mingħajr ma ta xi kumpens lis-sidien ta’ qabel tal-kumpaniji. Fl-1962 l-Amerika mponiet embargo fuq l-esportazzjoni minn Kuba li ħalla effett ħażin fuq l-ekonomija Kubana. Ir-relazzjonijiet bejn Kuba u l-Amerika komplew jiħżienu fil-bidu tas-snin 60 meta madwar 1,400 Kuban imħarrġin mic-CIA Amerikana ppruvaw jinvadu lil Kuba biex ineħħu lil Castro mill-poter, fil-magħrufa Bay of Pigs (1961), disfatta kbira għall-Gvern ta’ Kennedy. Fl-1962 qamet il-kriżi tal-missili nukleari tal-Unjoni Sovjetika f’Kuba li wasslet biex is-Sovjetiċi jirtiraw il-missili fuq l-insistenza ta’ l-Amerikani. L-involviment ta’ Kuba fl-Amerika ċentrali, l-Afrika u l-Karibew komplew żiedu l-antipatija lejhom min-naħa ta’ l-Amerikani. F’pajjiżu, Castro rnexxielu jeqred kważi għal kollox l-illiteratiżmu, iżda l-ekonomija kellha bżonn għajnuna kbira. Il-bidliet kbar li seħħew fis-snin tmenin fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa tal-Lvant, u t-tmiem ta’ l-Unjoni Sovjetika ħallew lil Kuba iżolata politikament, filwaqt li l-embargo ta’ l-Amerikani kompla jagħmel ħafna ħsara lill-ekonomija Kubana. Fi Frar 1996, jet fighters Kubani waqqgħu żewġ ajruplani Amerikani li kienu qed ituru fl-ispazju ta’ l-ajru Kuban. L-embargo Amerikan sar iktar strett. Fil-21 ta’ Jannar 1998 il-Papa Ġwanni Pawlu II beda żjara f’Kuba fejn appella biex “Kuba tinfetaħ għad-dinja u d-dinja għal Kuba.”.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ National symbols. Government of Cuba
  2. ^ http://www.aljazeera.com/news/americas/2013/02/201322505345530507.html
  3. ^ Anuario Estadístico de Cuba 2010, Oficina Nacional de Estadísticas, República de Cuba. Accessed September 30, 2011.
  4. ^ ANUARIO DEMOGRÁFICO DE CUBA 2010. one.cu
  5. ^ UNDP Rapport tal-Iżvilupp Uman 2012. Costa Rica - Country Profile: Human Development Indicators. UNDP
  6. ^ Hugh Thomas, Cuba; the Pursuit of Freedom, New York, Harper & Row [Marzu 1971], ISBN 0-06-014259-6
  7. ^ Hugh Thomas, The Slave Trade: The Story of the Atlantic Slave Trade, 1440–1870, New York, NY, Simon & Schuster, 1997.