270 L-EVANĠELJU tad-19 ta' Marzu, Solennita' ta' San Ġużepp Mt1, 16. 18-21. 24
L-EVANĠELJU tad-19 ta' Marzu, Solennita' ta' S.Ġużepp, l-Għarus ta' Marija Mt1, 16. 18-21. 24Biex tista' tnizzel dan il-Video ghall-uzu tieghek, tista' tistalla l-programm Real Player minn hawn: www.real.com Is-Siltiet tal-Vangelju mehuda mill-Bibbja bil-Malti minn hawn: www.tarxienparish.org Ir-Riflessjonijiet addattati u maqluba ghall-Malti bl-uzu ta' dan is-sit: www.rc.net L-Ewwel Lezzjoni: 2 Samwel 7, 4-5a. 12-14a. 16 Salm 88, 2-5. 27. 29 It-Tieni Lezzjoni: Rumani 4, 13. 16-18. 22 Evanġelju: Mattew 1, 16. 18-21. 24 jew Luqa 2, 41-51 Evanġelju: Mattew 1, 16. 18-21. 24 [Mt:1:16] Fdak iż-żmien, Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta' Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu l-Messija. [Mt:1:18] It-tnissil ta' Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma' Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu. [Mt:1:19] Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. [Mt:1:20] Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: "Ġużeppi, bin David, xejn la tibża' tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu. [Mt:1:21] Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom." [Mt:1:24] Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej.