Ġimgħa ta' Kultura' fl-iskola primarja tal-Gżira
Matul din il-ġimgħa, fl-Iskola Primarja
Santa Monika tal-Gżira qed issir Ġimgħa ta' Kultura organizzata mill-Kunsill tal-iskola.
L-attivitajiet matul din il-ġimgħa huma ppjanati għal kull klassi tal-iskola skont l-eta' tat-tfal u għandhom l-għan li l-istudenti jduqu l-ħajja Maltija tal-imgħoddi.
Fl-iskola ġew organizzati diversi logħob tradizzjonali
Maltin bħall-passju, iż-żunżana ddur iddur u bum bum il-bieb. Qed isir ukoll xogħol tal-bizzilla biċ-ċombini fil-foyer tal-iskola fejn hemm ukoll numru ta' artifatti u oġġetti antiki esebiti kif ukoll posters miġbura mit-tfal stess u mill-għalliema taħhom. Qed isir ukoll qari fil-librerija u ikel tradizzjonali
Malti bħall-bigilla, ġbejniet u l-ftajjar li t-tfal jistgħu jduqu u kanzunetti tradizzjonali.
Fl-iskola, soru anzjana kienet mistiedn
...